Liechtenstein
pajjiż fl-Ewropa Ċentrali From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Liechtenstein, uffiċjalment il-Prinċipat ta' Liechtenstein ( ˈlɪktənstaɪn (għajnuna·info); Ġermaniż:Fürstentum Liechtenstein), hu pajjiż interkjuż fl-Ewropa Ċentrali,[7] imiss mal-Iżvizzera lejn il-punent u n-nofsinhar u l-Awstrija lejn il-Lvant u t-Tramuntana. Iż-żona koperta minn dan il-pajjiż hija ta' ftit aktar minn 160 kilometru kwadru (62 mi kw), u għandu popolazzjoni stmata ta' 37,468 (2015). Il-belt kapitali hija Vaduz u l-akbar belt hija Schaan.Liechtenstein għandu l-ogħla prodott gross domestiku għal kull persuna fid-dinja meta jiġi aġġustat bix-xiri tal-parità tas-saħħa,[8] u għandu wkoll l-inqas dejn estern fid-dinja. Liechtenstein huwa wieħed mill-aktar pajjiżi li għandu rata tal-qgħad baxxa fid-dinja, b'1.5%.

Total tal-fruntieri tal-Lichtenstein: 75 km, pajjiżi tal-fruntiera (2): Awstrija 34 km; Isvizzera 41 km.
Remove ads
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads