Lys Assia

From Wikipedia, the free encyclopedia

Lys Assia
Remove ads

Lys Assia (imwieleda bħala Rosa Mina Schärer; twieldet fit-3 ta' Marzu 1924 – mietet fl-24 ta' Marzu 2018) kienet kantanta Żvizzera, rebbieħa tal-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision.

Quick facts Ħajja, Isem propju ...
Remove ads

Bijografija

Imwielda f'Rupperswil, kantun ta' Argovja, l-Iżvizzera, Assia ta' tifla żgħira kienet żeffiena. Bħala kantanta, l-ewwel kanzunetta tagħha ta' suċċess kienet "Oh Mein Papa" fl-1954. Fl-1956, rebħet l-ewwel edizzjoni tal-Eurovision Song Contest, fejn irrapreżentat lill-Iżvizzera bil-kanzunetta "Refrain". Dik is-sena kantat kanzunetta oħra fis-serata finali, skont kif kienet titlob ir-regola għal dik is-sena, li kienet "Das alte Karussell". L-involviment tagħha f'dan il-Konkors baqa' għaddej fis-sentejn ta' wara hekk kif irrapreżentat għal darb'oħra lill-Iżvizzeri fl-1957 bil-kanzunetta "L'enfant que j'étais" u bis-silta mużikali "Giorgio" fis-sena segwenti.

Lys Assia mietet fl-24 ta' Marzu 2018, fl-età ta' 94 sena.[1]

Remove ads

Repertorju

  • "Oh Mein Papa"
  • "Ein kleiner goldner Ring"
  • "Refrain"
  • "Das Alte Karussell"
  • "Holland Mädel"
  • "Jolie Jacqueline"
  • "L'enfant que j'étais"
  • "Giorgio"
  • "Die Glocken Hell Erklingen"
  • "Golodrina"
  • "C'etait Ma Vie"

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads