Maria De Filippi

preżentatriċi televiżiva Taljana From Wikipedia, the free encyclopedia

Maria De Filippi
Remove ads

Maria De Filippi (twieldet fil-5 ta' Diċembru 1961) hija preżentatriċi televiżiva Taljana, ospitant u sid ta' kumpanija tal-produzzjoni televiżiva msejħa Fascino PGT. Hi waħda mill-iżjed preżentatriċi Taljani popolari fit-televiżjoni Taljana.

Quick facts Ħajja, Twelid ...
Remove ads

Bijografija

Maria De Filippi twieldet f'Milan, il-Lombardia, iżda trabbiet f'Pavia fejn il-familja tagħha marret tgħix meta kellha għaxar snin.[1] Hija miżżewġa mal-preżentatur u l-ospitant televiżiv Maurizio Costanzo u miegħu adottat tifel.[2][3]

Karriera

Maria De Filippi ospitat diversi talk shows li xxandru fuq l-istazzjoni Canale 5 tal-Mediaset, fosthom Uomini e donne u C'e posta per te. Mill-1993 sal-2021 ospitat it-talent show Amici fuq Canale 5. Dan il-programm huwa simili għas-sensiela Amerikana Fame, u l-format tiegħu huwa simili għal skola tat-talenti mużikali ta' kantanti u żeffiena li jikkompetu kontra xulxin, u jwettqu spettakli f'ħin reali quddiem udjenza, ġurija u għalliema, xi kultant flimkien ma' kantanti u żeffiena professjonisti.[4] Iż-żeffien Albaniż Kledi Kadiu kien żeffien professjonist li kien jiżfen b'mod regolari fl-ewwel sensiliet tal-programm televiżiv.[5]

Fl-2001 hija ospitat it-Telegatto flimkien ma' Gerry Scotti. Mill-2009, hi kienet waħda mill-ġurija u mill-produtturi ta' Italia's Got Talent.[6][7][8]

Marco Carta, Valerio Scanu u Emma Marrone, huma tliet kantanti li varaw il-karrieri tagħhom permezz ta' Amici, u lkoll sussegwentement rebħu l-Festival Mużikali prestiġjuż ta' Sanremo fl-2009, fl-2010, u fl-2012 rispettivament.[9]

Fost il-programmi televiżivi appoġġati minn Maria de Filippi u mill-produzzjonijiet ta' Fascino PGT hemm Amici, Uomini e donne, C'è posta per te, Italia's Got Talent, Coca-Cola Summer Festival, Temptation Island, Tú sí que vales, Pequeños gigantes, Maurizio Costanzo Show, L'intervista, Selfie - Le cose cambiano, House Party u Ultima fermata.

Remove ads

Filmografija

More information Sena, Titlu ...

Programmi televiżivi

More information Titlu, Sena ...
Remove ads

Premjijiet

  • 1995 - Telegatto Intrattenimento con ospiti għal Amici
  • 1996 - Telegatto Intrattenimento con ospiti għal Amici di sera[10]
  • 1997 - Telegatto Personaggio femminile dell'anno
  • 1998 - Telegatto Intrattenimento con ospiti għal Accadde domani
  • 2000 - Telegatto Miglior talk show għal C'è posta per te
  • 2001 - Telegatto Miglior talk show għal C'è posta per te
  • 2002 - Telegatto Miglior reality show għal Saranno famosi[11]
  • 2002 - Telegatto Trasmissione dell'anno għal Saranno famosi[11]
  • 2003 - Telegatto Miglior reality show għal Amici di Maria De Filippi[12]
  • 2003 - Telegatto Personaggio femminile dell'anno[12]
  • 2008 - Telegatto TeleRatto Speciale di Amianto għal Amici di Maria De Filippi
  • 2011 - Wind Music Award Premio Speciale "Arena di Verona"[13][14]
  • 2021 - Seat Music Awards; Premju għar-rwol tagħha fil-mużika Taljana[15]
Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads