Opossum irqiq ta' Hendley

From Wikipedia, the free encyclopedia

Opossum irqiq ta' Hendley
Remove ads

L-Opossum irqiq ta' Hendley jew Opossum ġurdien irqiq ta' Hendley, magħruf xjentifikament bħala Marmosops handleyi, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.

Quick Facts Klassifikazzjoni xjentifika, Isem binominali ...
Thumb
Firxa ta' l-Opossum irqiq ta' Hendley Marmosops handleyi

Dan l-opossum irqiq ta' abitudni notturni huwa marsupjal arborju (Nowak,1999) u ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali.

Remove ads

Dieta

L-Opossum irqiq ta' Hendley huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar ukoll.

Distribuzjoni

l-opossum irqiq Marmosops handleyi għandu distribuzjoni ristretta fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel. Dan il-marsupjal jinsab biss f' arja fiċ-ċentru tal-Kolombja u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż.

Klassifikazjoni

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads