Opossum irqiq ta' Panama
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
L-Opossum irqiq ta' Panama jew Opossum ġurdien irqiq ta' Panama, magħruf xjentifikament bħala Marmosops invictus, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nativ ta' l-Amerika ċentrali.
Dan l-opossum irqiq ta' abitudni notturna (annimal li jkun fil-quċċata ta' l-attivita tiegħu minn inżul ix-xemx sat-tlugħ) huwa marsupjal arborju jew annimal li jgħix il-biċċa l-kbira tal-ġurnata fis-siġar u l-arbuxelli (Nowak,1999), u ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali u tropikali umdi.
Remove ads
Dieta
L-Opossum irqiq ta' Panama, huwa marsupjal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott u insetti varji.
Distribuzjoni
l-opossum irqiq Marmosops incanus għandu distribuzjoni żgħira fl-Amerika ċentrali u jinsab mifrux f' Panama biss u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż.
Klassifikazjoni
Referenzi
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- The Paleobiology Database.
- Infonatura sit b' informazjoni dwar il-fawna tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel fosthom il-marsupjali
Ħoloq Esterni
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Marmosops invictus In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Tassonomija tal-Mammiferi.
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads