Opossum irqiq ta' Neblina

From Wikipedia, the free encyclopedia

Opossum irqiq ta' Neblina
Remove ads

L-Opossum irqiq ta' Neblina jew Opossum ġurdien irqiq ta' Neblina, magħruf xjentifikament bħala Marmosops neblina, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nattiv tal-Amerika ta' isfel.

Quick Facts Klassifikazzjoni xjentifika, Isem binominali ...
Thumb
Firxa tal-Opossum irqiq ta' Neblina Marmosops neblina

Dan l-opossum irqiq ta' abitudni notturna huwa marsupjal arborju jew tas-siġar (Nowak,1999), u ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali tal-muntanji f'elevazjonijiet għolja.

Remove ads

Dieta

L-Opossum irqiq ta' Neblina, huwa marsupjal omnivoru u d-dieta prinċipali tiegħu tikkonsisti minn frott u insetti varji.

Distribuzzjoni

l-opossum irqiq Marmosops neblina għandu distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux fil-Venezwela u l-Brażil. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament kien instab f' elevazjoni ta' 1800 metru 'l fuq mil-livel tal-baħar, f' Amazons Camp VII (00°50'40"N, 65°58'10"W), ta' Cerro de la Neblina, fil-Venezwela.

Klassifikazzjoni

Sinonimi

"Marmosops impavidus neblina" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Marmosops neblina ta' Gardner, 1990.

Referenzi

Remove ads

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads