Opossum irqiq tal-Brażil

From Wikipedia, the free encyclopedia

Opossum irqiq tal-Brażil
Remove ads

L-Opossum irqiq tal-Brażil jew Opossum ġurdien irqiq tal-Brażil, magħruf xjentifikament bħala Marmosops paulensis, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.

Quick Facts Klassifikazzjoni xjentifika, Isem binominali ...
Thumb
Firxa ta' l-Opossum irqiq tal-Brażil Marmosops paulensis

Dan l-opossum irqiq arborju jew tas-siġar (Nowak,1999), ta' abitudni notturna (annimal li jilħaq il-quċċata ta' l-attivita tiegħu matul il-lejl), ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat kemm ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali, kif ukoll foresti tropikali umdi ta' elevazjoni baxxa u mal-kosta ta' l-Oċejan Atlaniku ta' Nofs in-nhar.

Remove ads

Dieta

L-Opossum irqiq tal-Brażil huwa annimal b' dieta omnivora li tikkonsisti prinċipalment minn frott, insetti u annimali invertebrati u vertebrati żgħar varji.

Distribuzjoni

Marmosops paulensis huwa speċi b' distribuzjoni ristretta fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel, b' firxa mal-kosta fix-xlokk tal-Brażil u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament, kien instab f' Therezopolis, viċin Rio de Janeiro, f' São Paul, fil-Brażil.

Klassifikazjoni

Referenzi

Ħoloq Esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads