Wied il-Għajn

From Wikipedia, the free encyclopedia

Wied il-Għajn
Remove ads

Wied il-Għajn, magħruf ukoll bħala Marsaskala (miktuba ukoll bħala Marsascala u mqassra hekk: M'Skala), huwa raħal fix-xlokk ta' Malta. Sa ftit żmien ilu kienu jgħixu fih ftit mijiet ta' nies, imma issa kiber ħafna. F'Diċembru 2005 kien jgħodd 6,082 ruħ, li minnhom 3,050 kienu rġiel. Sal-2018 il-popolazzjoni telgħet madwar 17,000 jiġifieri żdiedet b'madwar 11,000 fi ħdax-il sena.

Quick Facts Amministrazzjoni, Ġeografija ...

Wieħed mill-ikbar irħula ta' Malta bħala qies, huwa jmiss maż-Żejtun, Marsaxlokk, ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar. Fost l-artijiet li jinsabu f'Wied il-Għajn hemm Ras il-Munxar, Ras il-Gżira u Ras iż-Żonqor.

Sa qabel il-gwerra Wied il-Għajn kien raħal tas-sajjieda, bdiewa u nies li jaħdmu l-melħ.

Il-parroċċa hija l-unika waħda f'Malta li hija ddedikata lil Sant'Anna. Il-festa tagħha tiġi fl-aħħar Ħadd ta' Lulju. Il-knisja li hemm illum bdiet tinbena fl-1953, filwaqt li l-kampnar inbena bejn l-1988 u l-1993. Dan tellgħu l-bennej Luqi Ġanni Spiteri, flimkien ma' Fredu Żammit u Fredu Muscat. Il-kampnar ħa mija u sittin vjaġġ ġebel biex sar.

Remove ads

Ħoloq


Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads