Marsaxlokk

Villaġ fir-Reġjun tax-Xlokk From Wikipedia, the free encyclopedia

Marsaxlokk
Remove ads

Marsaxlokk huwa raħal tas-sajd tradizzjonali li jinsab fil-parti tax-xlokk ta' Malta, b'popolazzjoni ta' 3,277 (Diċ 2008). L-isem tar-raħal ġej minn marsa, li tfisser "port" u d-direzzjoni Xlokk.

Quick Facts Amministrazzjoni, Kodiċi postali ...

Thumb
Port ta' Marsaxlokk
Thumb
Is-suq tal-ħut f'Marsaxlokk
Thumb
Luzzu, dgħajsa tradizzjonali, ġewwa Marsaxlokk.
Thumb
Bajja ta' Marsaxlokk
Remove ads

Storja

Kienu fil-bajja tax-Xlokk fejn l-ewwel niżlu l-Feniċi u bdew il-kummerċ f'Malta, matul is-seklu 9 QK. Matul l-Assedju ta' Malta, il-port ta' Marsaxlokk kien użat bħala ankraġġ mill-flotta Torka.

Fuq il-fergħa tat-tramuntana tal-Bajja Marsaxlokk hemm l-għolja Tas-Silġ, li fiha nstabu fdalijiet ta' tempji megalitiċi tal-fażi ta' Ħal Tarxien, b'tibdiliet li saru wara li jixbħu l-mudell ta' Ħaġar Qim. Ukoll materjal ta' Żmien il-Bronż instab imferrex madwar iż-żona. Mill-aħħar tas-seklu 6 QK għaa-seklu 1 WK, l-għolja kienet tintuża bħal sit reliġjuż, notevolment bħala tempju ddedikat għall-Astarte. Marsaxlokk kienet parti miż-Żejtun fl-imgħoddi. Is-sit Tas-Silġ reġa' ntuża għal skopijiet reliġjużi f'xi żmien tar-4 seklu WK, meta kien adattat għar-reliġjon il-ġdida, il-Kristjaneżmu, u sta' ntuża bħala monasteru.

Il-popolazzjoni attwali ta' kuljum ta' Marsaxlokk hija ta 'madwar 4,000. Fil-passat, persentaġġ kbir tal-popolazzjoni kienu jaħdmu bħala sajjieda. Iżda n-numru ta' sajjieda naqas, xi ftit minħabba li nies minn postijiet oħra marru joqogħdu fir-raħal.

Remove ads

Importanza tas-sajd

Ħafna mill-provvisti tal-ħut ta' Malta huma maqbuda mis-sajjieda li jkunu ġejjin minn dan il-port. Il-Pixxispad, it-Tonn, u l-famużi 'Lampuki' jinqabdu f'abbundanza bejn ir-rebbiegħa u tard fil-ħarifa. Matul il-ġimgħa, il-qabda hija meħuda għall-ħut tas-suq fil-belt Valletta, iżda fil-Ħdud, il-ħut jinbiegħ bl-imnut mis-sajjieda fil-miftuħ fuq il-moll. Fetħu bosta ristoranti tal-ħut jissodisfaw id-domanda li dejjem tiżdied. L-influss tat-turisti f'Marsaxlokk attira wkoll ħafna bejjiegħa.


Remove ads

Żoni f'Marsaxlokk

  • Delimara
  • Ħal Ġinwi
  • Il-Ballut
  • Il-Fossa
  • Il-Magħluq
  • Il-Wilġa
  • Kavallerizza
  • Il-Marniżi
  • Marsaxlokk Bay
  • Il-Ponta l-Kbira
  • San Duminku
  • St. Peter's Pool
  • Il-Ponta Tal-Qrejten
  • Tal-Wiċċ
  • Tas-Silġ
  • Torri San Luċjan
  • Xrobb l-Għaġin
  • Port Ruman

Toroq Prinċipali f'Marsaxlokk

  • Triq Delimara
  • Triq it-Torri Vendome
  • Triq iż-Żejtun
  • Triq l-Arżnell
  • Triq Santa Katerina
  • Triq Tas-Silġ
  • Triq Tat-Trunċiera
  • Xatt is-Sajjieda

Marsaxlokk Post Turistiku: Marsaxlokk huwa wkoll famuz mal- baranni u huwa ta' atrazzjoni liema bhala. Huma 'bosta dawk id- dghajjes li jigbdu l- ghajnejn u li wiehed m' ghandux ma jitlefx l- okkazjoni sabiex jiehu xi ritratt ma wiehed minnhom. F' dan il- vilagg jarma wkoll il- monti li gie snin ilu sahansitra qabel ir- restoranti li joffru ikel bnin. Il- monti jahdem dejjem, izda bil- Hadd ikun l- aktar ta' attrazzjoni fejn bosta Maltin u turisti jaghmlu mawra u jzuru lil dan il- vilagg pittoresk. Dan ir- rahal huwa mimli wkoll b'bini storiku li jibda minn tas- Silg, sal- Marnizi, it- torri Vendome, u t- torri ta' San Lucjan.

Remove ads

Timijiet Sportivi f'Marsaxlokk

Klabb Sport Fundat Kampjonat Grawnd Marsaxlokk Futbol 1949 Premier League Malti Grawnd ta' Marsaxlokk

Gallerija

Ġemellaġġ

Ara wkoll

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads