Opossum ta' denbu qasir

From Wikipedia, the free encyclopedia

Opossum ta' denbu qasir
Remove ads

L-Opossum ta' denbu qasir jista' jkun wieħed minn għoxrin speċi ta' opossum magħrufin xjentifikament bħala Monodelphis (l-ispeċi fil-ġeneru Monodelphis). Dawn huma mammiferi marsupjali, membri tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattivi tal-kontinent Amerikan u mifruxin min-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq san-Nofsinhar tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Dawn huma speċi ta' opossumi li ġeneralment jippreferu jgħixu f'abitat ta' foresti subtropikali u tropikali umdi u f'artijiet tal-ħaxix baxxi kemm subtropikali kif ukoll tropikali xotti.

L-opossumi ta' denbhom qasir tal-ġeneru Monodelphis kollha, huma l-aktar opossumi terrestri (jgħixu mal-art) fost l-ispeċi didelfimorfji kollha u l-inqas adattati għal ħajja fis-siġar.

Remove ads

Dieta

Dawn l-opossumi huma mammiferi marsupjali omnivori u d-dieta prinċipali tagħhom tikkonsisti minn bajd, frott, insetti varji u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħra.

Distribuzzjoni

L-opossumi ta' denbu qasir għandhom distribuzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fil-kontinent Amerikan u jinsabu mifruxin fl-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, l-Ekwador, il-Gujana, il-Gujana Franċiża, il-Kolombja, il-Panama, il-Paragwaj, il-Peru, Surinam, l-Urugwaj u l-Veneżwela.

Klassifikazzjoni

Referenzi

  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Id-Databażi Palebijoloġika
Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads