Muħammed

Mexxej politiku arab u l-fundatur tal-Islam From Wikipedia, the free encyclopedia

Muħammed
Remove ads

Muħammed (bl-Għarbi: مُحَمَّد ٱبْن عَبْد ٱللَّٰه‎, bl-ittri Rumani: Muħammad ibn Għabd Allāh; pronunzjat bl-Għarbi Klassiku: [muˈħammad]; pronunzjat bil-Malti l-iktar bħala [muˈħammed] jew [moˈħammed] jekk mhux verbatim bħall-Għarbi Klassiku; twieled għall-ħabta tal-570 – miet fit-8 ta' Ġunju 632)[1] kien mexxej Għarbi reliġjuż, soċjali u politiku, u fundatur tar-reliġjon dinjija tal-Iżlam. Skont it-tagħlim Iżlamiku, huwa kien profeta, imnebbaħ b'mod divin biex jipprietka u jikkonferma t-tagħlimiet monoteistiċi ta' Adam, Abram, Mosè, Ġesù, u profeti oħra.[2][3][4] Huwa l-profeta finali ta' Alla skont il-fergħat prinċipali kollha tal-Iżlam, għalkemm xi denominazzjonijiet moderni ma jaqblux ma' dan it-twemmin. Muħammed għaqqad lill-Arabja f'entità Musulmana waħda, bil-Koran kif ukoll bit-tagħlimiet u prattiki tiegħu bħala l-bażi tat-twemmin reliġjuż Iżlamiku.

Thumb
"Muħammed il-Messaġġier ta' Alla" mnaqqxa fuq il-bibien tal-Moskea tal-Profeta f'Medina, l-Arabja Sawdija
Quick Facts kap ta' stat, Ħajja ...

Muħammed twieled bejn wieħed u ieħor fil-570 (is-Sena tal-Iljunfant) fil-Mekka. Huwa kien iben Abdullah ibn Abd al-Muttalib u Amina bint Wahb. Missieru kien iben il-mexxej tribali tal-Qurajx Abd al-Muttalib ibn Hashim, u Abdullah miet ftit xhur qabel twieled Muħammed. Ommu Amina mietet meta kellu sitt snin, u ħallietu orfni.[5] Huwa trabba ma' nannuh, Abd al-Muttalib, u ma' zijuh min-naħa ta' missieru, Abu Talib.[6] Iktar 'il quddiem, huwa kien perjodikament joqgħod għalih f'għar fil-muntanji msejjaħ Hira għal diversi ljieli ta' talb. Meta kellu 40 sena, Muħammed sostna li żaru Gabrijel fl-għar[7][8] u li tah l-ewwel rivelazzjoni minn Alla. Fis-613[9], Muħammed beda jipprietka dawn ir-rivelazzjonijiet pubblikament, u beda jipproklama li tewħid (Alla hu wieħed), li s-"sottomissjoni" (iżlam) sħiħa lill-Alla kienet l-istil ġust tal-ħajja (dīn)[10], u li hu kien profeta u messaġġier ta' Alla, bħal profeti oħra fl-Iżlam.[11][12][13]

Thumb
"Muħammed" miktuba bil-kalligrafija Iżlamika ta' Thuluth

Is-segwaċi ta' Muħammed inizjalment kont tgħoddhom fuq ponot subgħajk, u esperjenzaw ostilità mill-politeisti tal-Mekka għal 13-il sena. Sabiex jaħrab il-persegwitazzjoni kontinwa, huwa bagħat lil uħud mis-segwaċi tiegħu lejn l-Abissinja fis-615, qabel ma hu u s-segwaċi tiegħu ma marrux mill-Mekka għal Medina (dak iż-żmien magħrufa bħala Jatrib) iktar 'il quddiem fis-622. Dan l-avveniment, il-Hiġra, jimmarka l-bidu tal-kalendarju Iżlamiku, magħruf ukoll bħala l-kalendarju Hijri. F'Medina, Muħammed għaqqad it-tribujiet taħt il-Kostituzzjoni ta' Medina. F'Diċembru 629, wara tmien snin ta' ġlied intermittenti mat-tribujiet tal-Mekka, Muħammed ġabar armata ta' 10,000 ikkonvertit Musulman u assedja l-belt tal-Mekka. Il-ħakma bilkemm kienet ikkontestata u Muħammed ħataf il-belt bi ftit tixrid tad-demm. Fis-632, ftit xhur wara li rritorna mill-Pellegrinaġġ tat-Tluq, huwa marad u miet. Sal-mument ta' mewtu, il-biċċa l-kbira tal-Peniżola tal-Arabja kienet ikkonvertiet għall-Iżlam.

Ir-rivelazzjonijiet (magħrufa individwalment bħala Ajah – litteralment "Sinjal [ta' Alla]") li Muħammed kien sostna li rċieva sa mewtu jiffurmaw il-versi tal-Koran, meqjus mill-Musulmani bħala verbatim "il-Kelma ta' Alla" li fuqha hija bbażata r-reliġjon. Apparti l-Koran, it-tagħlimiet u l-prattiki ta' Muħammed imsejħa Sunna (bl-Għarbi: سنّة, sunnah), li jinsabu fil-letteratura Ħadit u sira (bijografija tal-Profeta), jitqiesu u jintużaw bħala sorsi tal-liġi Iżlamika.

Remove ads

Ismijiet u appellazzjonijiet mill-Koran

Thumb
Folja minn Koran bikri miktub bil-kalligrafija Kufi (il-perjodu Abbasida, is-sekli 8-9)

L-isem Muħammed (/mʊˈhæməd, -ˈhɑːməd/) ifisser "dak li jistħoqqlu t-tifħir" u jidher erba' darbiet fil-Koran. Il-Koran jindirizza wkoll lil Muħammed fit-tieni persuna b'diversi appellazzjonijiet; profeta, messaġġier, qaddej jew skjava ta' Alla (għabd, relatata bil-kelma l-Malti għabid), ħabbar it-tajba (baxir) fil-Koran 2:119, xhud (xahid) fil-Koran 33:45, dak li jwassal il-bxara t-tajba (mubaxxir), dak li jwissi (nathir) fil-Koran 11:2, dak li jfakkar (muthakkir) fil-Koran 88:21, dak li jsejjaħ [lill-Alla] (dā'ī) fil-Koran 12:108, id-dawl personifikat (nūr) fil-Koran 5:15, u l-lampa li tagħti d-dawl (siraġ munir) fil-Koran 33:46.

Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads