Koran

From Wikipedia, the free encyclopedia

Koran
Remove ads

Il-Koran jew il-Quran, (bl-Għarbi القرآن, al-Qur'ān) huwa l-ktieb l-imqaddes tal-Islam. Il-Misilmin iqisu l-Koran bħala "il-Kelma t'Alla". Dan il-ktieb huwa differenti minn testi reliġjużi oħra fis-sens li l-Misilmin jaħsbu li hu miktub direttament minn Alla, permezz tal-profeta Muħammed. Il-Quran hu organizzata f'114-il kapitlu (sura, pl. swar) li jikkonsistu f'versi individwali (āja, pl. ājiet). Minbarra s-sinifikat reliġjuż tiegħu, huwa meqjus b'mod wiesa' bħala l-aqwa xogħol fil-letteratura Għarbija,[1][2][3] u influwenzat b'mod sinifikanti l-lingwa Għarbija. Huwa l-oġġett ta' qasam modern ta' riċerka akkademika magħrufa bħala studji Koraniċi.

Thumb
Il-Koran, Il-ktieb l-imqaddes tal-Misilmin

It-tieni sors għall-Misilmin wara l-Koran huwa l-Ħadit, ir-rapporti ddokumentati ta’ kliem mill-Profeta Muħammed. It-tnejn li huma jintużaw bħal sors fil-liġijiet Iżlamiċi, ix-Xarija.

Inkiteb bl-Għarbi u ilu jinqara b'dan l-ilsien biss għal aktar minn 1,400 sena. Iżda, minħabba li ħafna Misilmin madwar id-dinja ma jifhmux l-Għarbi, il-Koran hu mfisser ukoll f'ilsna oħra, sabiex il-qarrejja jkunu jistgħu jifhmu aħjar xi jfissru l-kliem bl-Għarbi fil-Koran. Dawn il-kotba huma bħal dizzjunarji tal-Koran - ma jinqrawx bħala parti mill-reliġjon tal-Iżlam, minflok il-Koran tal-Għarbi. Il-Misilmin jemmnu li dawn it-traduzzjonijiet mhumiex il-veru Koran; il-verżjoni Għarbija hi l-veru Koran.[4]

Remove ads

Etimoloġija

Il-kelma "Quran" hija derivata mill-kelma tal-Għarbi qara'a mill-għerq trilaterali ق-ر-ء (q-r-'), li tfisser li tirreċita jew taqra b'leħen għoli. Bil-Malti, il-kelmiet "qarja" u "qari" huma mqabbad mal-kelma Quran bħala nomi verbali u taqsmu l-istess għerq ta’ (q-r-j).

It-termini użati biex jirreferu għar-rivelazzjoni tal-Quran juża l-għerq (n-ż-l), għalhekk ir-rivelazzjoni tal-Quran hi msejħa "tinżil", għax il-Quran hu tniżżel minn Alla mis-sema lejn id-dinja, u l-fenomenu tar-rivelazzjoni tagħha msejħa "nżul".

Remove ads

Storja

Thumb
L-ewwel erba versi (Ajat) ta' al-Għalaq, is-96 kapitlu (sura) tal-Koran

Il-Misilmin jemmnu li l-Koran kien imħabbar għall-ewwel darba lil Muħammed mill-Arkanġlu Gabriel f'għar fil-muntanji ta' Hira fil-Mekka, u mbagħad matul it-23 sena ta' wara sa mewtu.

Il-Koran ma kienx miktub kollu f'daqqa f'għamla ta' ktieb meta Muħammed kien għadu ħaj, imma kien miżmum bil-belma u kitbiet qsar biex iffakkru. Il-profeta ma kienx jaf jaqra u jikteb, iżda skont l-Misilmin, il-ħabib tal-Profeta Abu Bakr, fost oħrajn, kien jikteb it-testi waqt li Muħammed kien għadu ħaj. Meta Abu Bakr sar kalif, irranġa li l-Koran jinkiteb f'għamla ta' ktieb. Għutman, li kien it-tielet ħalif (kalif), kompla jirfina l-forma miktuba tiegħu.

Remove ads

Test

Thumb
L-ewwel kapitlu tal-Koran

It-test tal-Koran jikkonsisti f'114-il kapitlu ta' tulijiet differenti, kull wieħed magħruf bħala sura. Il-kapitli huma kklassifikati bħala Mekki (ta' Mekka) jew Medini (ta' Medina), skont meta (qabel jew wara l-Hiġra) il-versi ġew rivelati. It-titli tal-kapitli ġejjin minn isem jew kwalità diskussa fit-test, jew mill-ewwel ittri jew kliem tas-sura. Il-Misilmin jemmnu li Muħammed, fuq ordni minn Alla, ta l-kapitli l-ismijiet li għandhom.[4] Ġeneralment, il-kapitli twal jidhru iżjed 'l quddiem fil-Koran, filwaqt dawk li huma iqsar jidhru aktar tard. L-arranġament tal-kapitli għalhekk mhux marbut mal-ordni tad-dati tar-rivelazzjoni. Kull sura minbarra d-disa' waħda tibda bill-Basmala,[5] frażi Għarbija li tfisser "F'isem Alla, l-iżjed Tajjeb, l-iżjed Ħanin"(litteralment: B'isem Alla, il-Ħniena l-Ħanin). Però, il-Basmala xorta tidher 114-il darba fil-Koran billi qiegħda fil-vers 27:30 bħala l-ftuħ tal-ittra ta' Salamun (Sulejman) lir-Reġina ta' Saba.[6]

Kull sura hi magħmula minn għadd ta' ajiet (versi, plural ta' aja). Oriġinarjament aja kienet tfisser sinjal mibgħut minn Alla. In-numru ta' versi huma differenti minn kapitlu għall-ieħor. Vers jista' jkun ta' ftit ittri jew erba' linji biss. Il-versi huma differenti mill-poeżija rfinuta ħafna tal-Għarab ta' qabel l-Iżlam kemm fil-kontenut tagħhom u kemm fir-rima u r-ritmu distintivi, u jixbħu aktar l-għejdut profetiċi immarkati bi qtugh ispirati li nsibu fil-kotba mqaddsa tal-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu. In-numru veru ta' ajat ilu kwistjoni kontroversjali fost l-akkademiċi Misilmin mill-bidu tal-Iżlam, xi wħud jirrikonoxxu 6,000, xi wħud 6,204, xi wħud 6,219, u oħrajn 6,236, għalkemm il-kliem fil-każijiet kollha huma l-istess. L-edizzjoni l-aktar popolari tal-Koran, li hi bbażata fuq it-tradizzjoni iskola Kufa, fiha 6,236 ajiet.[4]

Hemm diviżjoni tal-ktieb fi 30 parti, bejn wieħed u ieħor indaqs. Kull parti jew aġża', fiha żewġ sezzjonijiet imsejħin aħżab, li kull waħda minnhom hi maqsuma f'erba' partijiet (rub għall-aħżab). Il-Koran hu maqsum ukoll f'seba' partijiet bejn wieħed u ieħor indaqs, manażil (imnieżel), biex jista' jiġi rreċitat f'ġimgħa.[4]

It-test Korani jidher li m'għandu l-ebda bidu, nofs jew tarf, l-istruttura tiegħu mhux linjari imma simili għall-web.[4] L-arranġament testwali kultant qiesu fih nuqqas ta' kontinwità, nuqqas ta' kronoloġika jew ordni tematiku, u fih ir-ripetizzjoni. Kif jgħidu Irene Blomm u William Theodore de Bary:

"Il-proċess finali tal-ġbir u l-kodifikazzjoni tat-test tal-Koran kien immexxi minn prinċipju wieħed fuq kollox: kliem Alla ma jistgħu bl-ebda mod jiġu mgħawġa jew imniġġsa mill-indħil tal-bniedem. Għal din ir-raġuni, ma sar l-ebda attentat serju, ta' edizzjoni tal-bosta rivelazzjonijiet, ta' organizzazzjoni ta' dawn f'oqsma tematiċi, jew ta' preżentazzjoni f'ordni kronoloġika .... Dan wassal fl-imgħoddi għal ħafna kritika mill-akkademiċi Ewropej u Amerikani tal-Iżlam, li jsibu l-Koran diżorganizzat, ripetittiv, u diffiċli ħafna biex jinqara."[7]
Remove ads

L-ewwel u l-aħħar versi

L-ewwel vers rivelat hu mill-ewwel ħames versi tas-Suret l-Għalaq (L-Embolu):[8]

Aqra (ibda) bl-Isem t'Allah, Li ħalaq (kollox). Ħalaq il-bniedem minn massa (mwaħħla) bħal sangisug (fil-ġuf tal-omm). Aqra u l-Mulej tiegħek hu l-aktar ħanin, Li għallem lill-bniedem (il-qari u l-kitba) bil-pinna, Li (minbarra dak) għallem lill-bniedem (kollox) li ma kienx jaf.[9]

L-aħħar vers rivelat hu mis-Suriet il-Baqra f'vers 281:[10]

U ibżgħu (minn) jum (meta) titreġġgħu fih lejn Alla; imbagħad tiġi kkumpensata kull ruħ dak li kisbet, u ma jiġux ittrattati b’mod inġust.[11]
Remove ads

Relazzjoni bejn il-Koran u l-Bibbja

Il-Koran jattribwixxi r-relazzjoni tiegħu ma' kotba preċedenti (it-Torah u l-Evanġelju) għall-oriġini unika tagħhom, billi jgħid li kollha kemm huma ġew rivelati minn Alla wieħed.[12] Il-Koran isemmi l-Insara u l-Lhud bħala Ahl al-Kitab, li jfisser "Poplu tal-Ktieb",[13] il-Ktieb hawn jiġifieri għall-Bibbja, li litteralment tfisser il-ktieb ukoll. Xi versi fil-Koran jirrakontaw xi stejjer dwar xi affarijiet u nies mill-Bibbja. Fost il-karattri mill-Bibbja li huma msemmija fil-Koran hemm Abraham, Noè, Ismagħel, Iżakk, Ġakobb, Mosè, Aron, Ġob, Ġona, David u Ġesù.[14] Dawn il-tliet reliġjonijiet jissejħu Abramin minħabba dawn ir-relazzjonijiet.

Madankollu, hemm differenzi importanti bejn il-verżjoni Iżlamika u Biblika ta' stejjer simili. Per eżempju, il-Koran jgħid li Ġesù Kristu (Għisa l-Misiħ bin Marjam) ma kienx iben t'Alla,[15] bħalma jgħidu l-parti l-kbira tal-Insara; iżda għall-Misilmin, kien biss profeta. Il-Koran jgħallem ukoll li dan ġara minħabba l-ewwel testi tal-Bibbja intilfu u mbagħad ġew mibdula.[16][17]

Remove ads

Lista tas-swar fil-Koran

More information No., Isem ...
Remove ads

Referenzi

Il-Koran bil-Malti

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads