Myriam Spiteri Debono

President tar-Republika ta' Malta From Wikipedia, the free encyclopedia

Myriam Spiteri Debono
Remove ads

Myriam Spiteri Debono jew Miriam Spiteri Debono (imwielda fil-25 ta' Ottubru 1952) hija l-President attwali ta' Malta . Hija l-ewwel mara Għawdxija li ġiet eletta fil-kariga. Kienet ukoll l- Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati ta’ Malta[1][2] mill-1996 sal-1998, u l-ewwel mara li okkupat dik il-kariga.[3]

Quick facts President ta' Malta, Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentati ta' Malta ...

F'Jannar 2023, hija ġiet proposta għall-irwol ta' Kummissarju tal-Istandards mill- Partit Nazzjonalista, madankollu, hija rrifjutat li tiġi kkunsidrata formalment għar-rwol billi sostniet li ma kinitx adattata għalih u lanqas ma kienet interessata li tieħu l-kariga. [4]

Remove ads

Edukazzjoni u karriera bikrija

Spiteri Debono twieldet bħala Miriam Zammit fir-Rabat, Għawdex, lil Pawlu Zammit u martu.[5] Hija rċeviet l-edukazzjoni formali tat-tfulija tagħha f’Għawdex u wara attendiet l- Università ta’ Malta, fejn studjat il-Letteratura u l-Lingwistika Ingliża, u gradwat fl-1973.[6] Studjat ukoll il-liġi u gradwat bħala Nutar fl-1980.[7][6]

L-ewwel ħatriet tagħha fil-kariga pubblika kienu jinkludu dik ta’ president tal-Bord tal-Koperattivi, u membru fundatur tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.[7]

Kienet kandidata għall-Malta Labour Party f’ħames elezzjonijiet ġenerali (1981, 1987, 1992, 1996, 2003), iżda qatt ma ġiet eletta.[8] Madankollu, hija ġiet eletta fl-eżekuttiv nazzjonali tal-partit fl-1982.[6]

Spiteri Debono serviet bħala president tas-sezzjoni tan-nisa tal -Partit Laburista bejn l-1993 u l-1996.[9][10]

F'Settembru 1996 inħatret Speaker tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta mill-Prim Ministru Alfred Sant.[11] Kienet l-ewwel mara li serviet f’dan l-irwol f’Malta, warajha daħal fil-kariga ta' speaker Anton Tabone f’Ottubru 1998.[3][11]

Remove ads

Presidenza

Fil-21 ta’ Marzu 2024, kienet irrapurtata li kienet l-ippreferuta biexbiex tinħatar president tar-Repubblika ta’ Malta.[12][13] Il-ġimgħa ta’ wara, dan kien ikkonfermat fi stqarrija konġunta maħruġa mill-uffiċji tal-Prim Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni.[14] Il-Kamra tad-Deputati ivvutat unanimament biex teleġġi lil Spiteri Debono bħala l-11-il President ta’ Malta fis-27 ta’ Marzu 2024. B'hekk saret l-ewwel president li ġie elett bl-użu tar-riforma kostituzzjonali l-ġodda tal-2020 li tindkudi ir-rekwiżit il-ġdid ta’ żewġ terzi tal-approvazzjoni tal-parlament għan-nominat presidenzjali.[7]

Spiteri Debono hija t-tielet mara li qed isservi bħala President ta’ Malta, wara Agatha Barbara u Marie Louise Coleiro Preca.[15] Hija wkoll it-tielet persuna minn Għawdex li ġiet appuntata f'din il-kariga, wara Anton Buttigieg u Ċensu Tabone.[7]

Hija ġiet inawgurata fl-4 ta’ April 2024.[16]

L-għada li nħatret ammettiet li ma tużax email jew kompjuter, tippreferi tiddetta l-korrispondenza tagħha u tħalli l-emails f'idejn żewġha.[17]

Remove ads

Ħajja privata

Spiteri Debono għexet il-biċċa l-kbira ta’ ħajjitha adulta f’Birkirkara. Hija kienet miżżewġa lin-nutar Anthony Spiteri Debono, li miet fl-24 ta’ Lulju 2025, fl-età ta’ 78 sena.[18] Flimkien kellhom tlett itfal, Elena, George u Maria Kristina, kif ukoll nanniet ta' erba' neputijiet: Alexandra, Paul, Pippa u Beppe.[19]

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads