Palazz Verdala

palazz fil-Buskett From Wikipedia, the free encyclopedia

Palazz Verdala
Remove ads

Il-Palazz Verdala huwa palazz fil-Buskett, limiti tas-Siġġiewi, Malta. Huwa nbena bi żvilupp fuq loġġa tal-kaċċa fl-1586 matul ir-renju tal-Gran Mastru Hugues Loubenx de Verdalle, u issa sservi bħala r-residenza uffiċjali tas-sajf tal-President ta' Malta.

Quick facts Pajjiż, Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab ...
Remove ads

Storja

Is-sit tal-Palazz Verdala kien oriġinarjament okkupat minn kamra tal-kaċċa, li nbniet fis-snin 1550 jew 1560 matul ir-renju tal-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette. Il-loġġa nbniet fil-Boschetto, żona kbira magħrufa aħjar bħala l-Buskett, li kienet tintuża mill-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann primarjament għall-kaċċa tat-tjur. Il-loġġa tal-kaċċa ġiet estiża f'palazz fl-1586, matul ir-renju ta ' Hugues Loubenx de Verdalle.[1] Il-palazz kien imżejjen aktar fis-sekli 17 u 18, matul ir-renji ta’ Giovanni Paolo Lascaris u António Manoel de Vilhena.

Matul l-imblokk Franċiż tal-1798–1800, il-palazz serva bħala ħabs militari għas-suldati Franċiżi maqbuda mill-Maltin jew l-Ingliżi. Matul il-ħakma Brittanika, inbidel f'fabbrika tal-ħarir, iżda din eventwalment ġiet abbandunata u l-binja waqgħet fi stat ta’ abbandun. Saru xi tiswijiet matul il-gvernatur ta' Frederick Cavendish Ponsonby, u l-palazz ġie restawrat kompletament mill-Gvernatur Sir William Reid fl-1850ijiat. Għal xi żmien qabel ma sar dan ir-restawr serva ukoll bħala sptar temporanju bejn l-1915 u l-1916.[2] Sussegwentement il-palazz sar ir-residenza uffiċjali tas-sajf tal-Gvernaturi ta' Malta. Il-binja ġiet inkluża fil-Lista tal-Antikitajiet tal-1925.[3] Meta faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1939, xogħlijiet tal-arti mill-Mużew Nazzjonali ġew maħżuna f'dan il-palazz, bogħod mill-ibliet li fuqhom kien hemm il-ħbit mill-ajru.

Il-palazz ġie restawrat mill-ġdid fl-1982 u kompla jintuża biex jospita kapijiet ta’ stat waqt iż-żjarat uffiċjali tagħhom.

Dawn huma uħud mill-mistednin distinti li laqa' l-palazz matul is-snin:

  • Edward VII u Alexandra tad-Danimarka, Re u Reġina tar-Renju Unit
  • Maria Feodorovna, Imperatriċi tar-Russja (1909)
  • George V u Mary ta' Teck, Re u Reġina tar-Renju Unit (1912)
  • George VI, Re tar-Renju Unit (1913 u 1943)
  • Wilhelm II, Imperatur tal-Ġermanja (1919)
  • Muammar Gaddafi, dittatur Libjan
  • Josip Broz Tito, President tal-Jugoslavja
  • Nicolae Ceaușescu, President tar-Rumanija
  • Giovanni Leone, President tal-Italja

Fl-1987, il-Palazz Verdala beda' jintuża bħala r-residenza tas-sajf tal-President ta’ Malta, u ġeneralment huwa magħluq għall-pubbliku ħlief għall-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu li jsir kull sena b’risq il-Malta Community Chest Fund.[4]

Remove ads

Arkitettura

Il-Palazz Verdala kien iddisinjat minn Girolamo Cassar, perit Malti magħruf l-aktar għad-disinn ta' ħafna bini fil-kapitali Valletta.[5] Il-palazz huwa eżempju ta' arkitettura Rinaxximentali, u d-disinn tiegħu huwa possibbilment influwenzat minn Villa Farnese f'Caprarola.[6]

Il-bini mibni fuq pjanta rettangolari, b'turretti pentagonali f'kull kantuniera. Il-bini innifsu għandu żewġ sulari, filwaqt li t-turretti tal-kantunieri huma għoljin madwar ħames sulari. L-istruttura kollha hija mdawra wkoll b'foss imħaffer fil-ġebel. Għalkemm it-turretti u l-foss jagħtu lill-palazz id-dehra ta’ forti minn barra, dan l-aspett huwa prinċipalment simboliku, u l-palazz qatt ma kien maħsub biex jiflaħ għal xi attakk. Minkejja dan, il-palazz xorta kien armat b’erba’ bċejjeċ ta’ artillerija fuq il-bejt.[7] L-intern tal-palazz huwa mżejjen sew, b’affreski ma' xi wħud mis-soqfa.[8]

Kappella, stalel u kwartieri tal-qaddejja jinsabu viċin il-palazz.[9]

Remove ads

Storja ta' fatat

Fil-Palazz Verdala allegatament tidher is-"Sinjura l-Kaħla", li kienet neputija tal-Gran Mastru de Rohan.[10] Suppost kellha tiżżewweġ lil wieħed raġel li ma għoġbithiex, u għax ma riditx tiżżewwġu, l-uniku mod biex taħrab lill-għarus ħasset li kien s-suwiċidju. Allura hija qabżet mill-gallarija fil-kamra tas-sodda tagħha u mietet. Allegatament, il-fatat tagħha jidher il-palazz, liebes l-istess libsa blu li libset meta mietet; il-libsa tat-tieġ tagħha.[11]

Gallerija

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads