Paul Van Himst
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Paul Van Himst (twieled fit-2 ta' Ottubru 1943) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Belġjan li kien jilgħab bħala midfilder bil-maġġoranza tal-karriera tiegħu jagħmilha ma' RSC Anderlecht.
Remove ads
Karriera
Imlaqqam Polle Gazon (Polle tfisser Paul bid-djalett ta' Brussell u Gazon tfisser ħaxix bil-Franċiż) minħabba n-numru kbir ta' fawls li kienu jsiru fuqu.
Van Himst rebaħ il-kampjonat Belġjan tmien darbiet, kollha ma' Anderlecht, klabb li miegħu beda jilagħab l-ewwel staġun professjonali tiegħu fl-1959–60. Ma' Anderlecht huwa skorja 233 gowl f'457 logħba f'perjodu ta' sittax-il staġun. Huwa mbagħad lagħab għal RWDM, klabb ieħor minn Brussell, fl-istaġun 1975-76 u għall-Eendracht Aalst fl-istaġun ta' wara, li dak iż-żmien kienu jilgħabu fit-Tieni Diviżjoni.
Bejn l-1960 u l-1974, Van Himst skorja 30 gowl f'81 logħba għat-tim nazzjonali Belġjan. Din il-prestazzjoni għamlitu l-aqwa skorer man-nazzjonal, flimkien ma' Bernard Voorhoof, u l-ħames l-aktar plejer li għamel dehriet għal pajjiżu. L-ewwel logħba tiegħu kienet fid-19 ta' Ottubru 1960 f'logħba kontra l-Iżvezja u kien parti mit-tim tal-Belġju li kkwalifika għat-Tazza tad-Dinja 1970. Van Himst għen ukoll lill-Belġju jiksbu t-tielet post fil-Kampjonati Ewropej tal-1972. Huwa għandu wkoll ir-rekord taż-Żarbuna tad-Deheb, li kienet mogħtija lilu erba' darbiet.
Fl-irwol ta' kowċ, Van Himst rebaħ trofej ma' Anderlehct kif ukol wassal lit-tim nazzjonali Belġjan għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1994.
Remove ads
Unuri
Plejer
- Anderlecht
- L-Ewwel Diviżjoni Belġjana: 1961–62, 1963–64, 1964–65, 1965–66, 1966–67, 1967–68, 1971–72, 1973–74
- Tazza Belġjana: 1964–65, 1971–72, 1972–73, 1974–75
Kowċ
- Anderlecht
- L-Ewwel Diviżjoni Belġjana: 1984–85
- Super Cup tal-Belġju: 1985
- Tazza UEFA: 1982–83
Individwali
- Plejer tas-Sena tal-Belġju: 1960, 1961, 1965, 1974
- L-aqwa skorer tal-Ewwel Diviżjoni Belġjana: 1963–64, 1965–66, 1967–68
- Plejer tad-Deheb tal-Belġju[1]
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads