Paul Zammit
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Paul Zammit (twieled fil-21 ta' Awwissu 1969) huwa eks-plejer tal-futbol u kowċ Malti.
Remove ads
Karriera
Paul lagħab mill-1990 sal-2003, għal Rabat Ajax, Hibernians, Ħamrun Spartans u Mosta.
Kowċ
Fl-aħħar tal-2003 hu rtira bħala plejer u sar kowċ ta' Mosta. Fl-2005 huwa mar jikkowċja lil-Valletta.[1]
Fl-2008 rebaħ l-unur tal-Kowċ Malti tal-istaġun wara li Valletta rebħu l-Premier League Malti.[2] F'Settembru tal-2008, hu estenda l-kuntratt b'sentejn sabiex jibqa' mal-klabb Belti.[3]
Fl-istaġun 2009–10, Paul Zammit sar kowċ ta' Birkirkara. Fl-ewwel staġun tiegħu rebaħ il-kampjonat, it-tieni wieħed bħala kowċ. Fi tmiem l-istaġun 2010–11 ma ġiex offrut kuntratt ġdid mill-kumitat ta' Birkirkara wara staġun deludenti li rahom jispiċċaw fit-tielet post fil-kampjonat.[4] Madanakollu, fit-2 ta' Ottubru 2011, Zammit reġa' ġie maħtur bħala kowċ ta' Birkirkara għaż-żewġ staġuni ta' wara.[5]
Remove ads
Unuri
Kowċ
- Valletta
- Premier League Malti: 2007–08
- Super Cup Maltija: 2008–09
- Birkirkara
- Premier League Malti: 2009–10, 2012–13
- Super Cup Maltija: 2013–14, 2014–15
- FA Trophy: 2014–15
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads