Premier League 2007–08

From Wikipedia, the free encyclopedia

Remove ads

L-istaġun 2007–08 tal-Premier League kien is-sittax-il wieħed minn mindu ġie stabbilit. L-ewwel partiti tal-istaġun intlagħbu fil-11 ta' Awwissu 2007 u l-istaġun spiċċa bl-aħħar sett ta' partiti fil-11 ta' Mejju 2008. Manchester United, li fl-istaġun ta' qabel kienu rebħu l-kampjonat, żammew dan it-titlu nazzjonali għal sena oħra konsekuttiva, biex b'hekk kisbu l-għaxar titlu tal-Premiership u s-sbatax-il titlu mill-ogħla diviżjoni Ingliża.

Quick facts Rebbieħa, Relegati ...

L-ewwel gowl li ġie skurjat fl-istaġun il-ġdid kien dak minn Michael Chopra, li skorja fl-94 minuta fir-rebħa tat-tim promoss ta' Sunderland fuq Tottenham.[1] L-ewwel karta ħamra ngħatat lil Dave Kitson ta' Reading wara li għamel daħla ħażina fuq Patrice Evra ta' Manchester United fil-partita tal-ftuħ.[2] L-ewwel tripletta tal-istaġun waslet mingħand il-plejer ta' Arsenal, Emmanuel Adebayor, li skorja fil-partita kontra Derby County.[3]

Fid-29 ta' Settembru 2007, Portsmouth rebħu lil Reading 7–4, fejn din kienet l-ikbar rebħa fl-istorja tal-Premier League Ingliż.[4] Fil-15 ta' Diċembru 2007, kemm Roque Santa Cruz ta' Blackburn Rovers kif ukoll Marcus Bent ta' Wigan Athletic skurjaw tripletta fit-telfa ta' 5–3 li Wigan sofrew f'darhom kontra Blackburn. Din kienet l-ewwel okkażżjoni fl-istorja tal-Premier League li żewġ plejers ta' żewġ timijiet opposti skurjaw tripletta fl-istess partita.

Remove ads

Timijiet

  • Portsmouth
  • Reading
  • Sunderland (Promossa)
  • Tottenham Hotspur
  • West Ham United
  • Wigan Athletic

Klassifika

More information P, Klabb ...

Sors: Barclays Premier League
Regoli għall-kwalifikazzjoni: l-ewwel skont il-punti, it-tieni skont id-differenza fil-gowls, it-tielet skont kemm il-gowls ġew skurjati
# = Pożizzjoni; L = Logħbiet; R = Rebħiet; P = Pari; T = Telfiet; GF = Gowls favur; GK = Gowls kontra; DG = Differenza ta' gowls; Pti = Punti; (Ċ) = Ċampjin; (R) = Relegat

Remove ads

Riżultati

Intern \ Estern1 ARS AST BIR BLA BOL CHE DER EVE FUL LIV MNC MNU MID NEW POR REA SUN TOT WHU WIG
Arsenal 1–1 1–1 2–0 2–0 1–0 5–0 1–0 2–1 1–1 1–0 2–2 1–1 3–0 3–1 2–0 3–2 2–1 2–0 2–0
Aston Villa 1–2 5–1 1–1 4–0 2–0 2–0 2–0 2–1 1–2 1–1 1–4 1–1 4–1 1–3 3–1 0–1 2–1 1–0 0–2
Birmingham City 2–2 1–2 4–1 1–0 0–1 1–1 1–1 1–1 2–2 3–1 0–1 3–0 1–1 0–2 1–1 2–2 4–1 0–1 3–2
Blackburn Rovers 1–1 0–4 2–1 4–1 0–1 3–1 0–0 1–1 0–0 1–0 1–1 1–1 3–1 0–1 4–2 1–0 1–1 0–1 3–1
Bolton Wanderers 2–3 1–1 3–0 1–2 0–1 1–0 1–2 0–0 1–3 0–0 1–0 0–0 1–3 0–1 3–0 2–0 1–1 1–0 4–1
Chelsea 2–1 4–4 3–2 0–0 1–1 6–1 1–1 0–0 0–0 6–0 2–1 1–0 2–1 1–0 1–0 2–0 2–0 1–0 1–1
Derby 2–6 0–6 1–2 1–2 1–1 0–2 0–2 2–2 1–2 1–1 0–1 0–1 1–0 2–2 0–4 0–0 0–3 0–5 0–1
Everton 1–4 2–2 3–1 1–1 2–0 0–1 1–0 3–0 1–2 1–0 0–1 2–0 3–1 3–1 1–0 7–1 0–0 1–1 2–1
Fulham 0–3 2–1 2–0 2–2 2–1 1–2 0–0 1–0 0–2 3–3 0–3 1–2 0–1 0–2 3–1 1–3 3–3 0–1 1–1
Liverpool 1–1 2–2 0–0 3–1 4–0 1–1 6–0 1–0 2–0 1–0 0–1 3–2 3–0 4–1 2–1 3–0 2–2 4–0 1–1
Manchester City 1–3 1–0 1–0 2–2 4–2 0–2 1–0 0–2 2–3 0–0 1–0 3–1 3–1 3–1 2–1 1–0 2–1 1–1 0–0
Manchester United 2–1 4–0 1–0 2–0 2–0 2–0 4–1 2–1 2–0 3–0 1–2 4–1 6–0 2–0 0–0 1–0 1–0 4–1 4–0
Middlesbrough 2–1 0–3 2–0 1–2 0–1 0–2 1–0 0–2 1–0 1–1 8–1 2–2 2–2 2–0 0–1 2–2 1–1 1–2 1–0
Newcastle United 1–1 0–0 2–1 0–1 0–0 0–2 2–2 3–2 2–0 0–3 0–2 1–5 1–1 1–4 3–0 2–0 3–1 3–1 1–0
Portsmouth 0–0 2–0 4–2 0–1 3–1 1–1 3–1 0–0 0–1 0–0 0–0 1–1 0–1 0–0 7–4 1–0 0–1 0–0 2–0
Reading 1–3 1–2 2–1 0–0 0–2 1–2 1–0 1–0 0–2 3–1 2–0 0–2 1–1 2–1 0–2 2–1 0–1 0–3 2–1
Sunderland 0–1 1–1 2–0 1–2 3–1 0–1 1–0 0–1 1–1 0–2 1–2 0–4 3–2 1–1 2–0 2–1 1–0 2–1 2–0
Tottenham Hotspur 1–3 4–4 2–3 1–2 1–1 4–4 4–0 1–3 5–1 0–2 2–1 1–1 1–1 1–4 2–0 6–4 2–0 4–0 4–0
West Ham United 0–1 2–2 1–1 2–1 1–1 0–4 2–1 0–2 2–1 1–0 0–2 2–1 3–0 2–2 0–1 1–1 3–1 1–1 1–1
Wigan Athletic 0–0 1–2 2–0 5–3 1–0 0–2 2–0 1–2 1–1 0–1 1–1 0–2 1–0 1–0 0–2 0–0 3–0 1–1 1–0

Sors: Barclays Premier League
1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija.
Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Abjad = pari; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.

Remove ads

L-aqwa skorers

More information Plejer, Gowls ...

Unuri tax-xahar

More information Xahar, Kowċ ...
Remove ads

Unuri annwali

Plejer tas-Sena tal-PFA

L-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA għall-2008 ġie mirbuħ minn Cristiano Ronaldo għat-tieni sena konsekuttiva.[6]

Il-lista tan-nominati għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA, b'mod alfabetiku, kienu dawn is-segwenti:

Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA

L-unur tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA ġie mirbuħ minn Cesc Fàbregas.[6]

Il-lista tan-nominati għal dan l-unur kienu dawn is-segwenti:

Tim tas-Sena

Quick facts
More information Rwol, Plejer ...
Remove ads

Stadji

More information Klabb, Stadju ...
Remove ads

Rekords

  • Derby County spiċċaw bl-agħar rekord minn mindu ġie fundat il-kampjonati fl-1992-93. Fost ir-rekords li kienu miksuba mir-"Rams" hemm:
    • Ir-rekord finali ta' rebħa waħda, tmien telfiet u 29 telfa għal total ta' ħdax-il punt hu agħar mir-rekord tat-tim ta' Sunderland fl-2005-06, b'dan tal-aħħar jagħmel tliet rebħiet, sitt pari u 29 telfa għal total ta' ħmistax-il punt. Ir-rebħa waħda li għamlu hi wkoll rekord għall-inqas numru ta' rebħiet fil-kampanja tal-Premiership.
    • L-20 gowl li skurjaw Derby bħala tim (b'Ronaldo, Adebayor u Torres ilkoll jiskurjaw iktar gowls individwalment) hu inqas mir-rekord tal-"Black Cats" li fl-2002-03 kienu skurjaw 21 gowl. Din kienet it-tielet darba li plejer jew aktar skurjaw iktar mit-total li skorja tim.
    • Id-differenza tal-gowls ta' −69 (20 skurjati kontra 89 li laqqtu) hu agħar mir-rekord ta' Ipswich Town fl-1994-95 b'differenza ta' gowls ta' −57 (36 gowls favur kontra s-97 kontra).
    • Id-29 telfa li sofrew ugwalja l-istess numru ta' telfiet li sofra t-tim ta' Sunderland fl-2005-06, għall-aktar numru ta' telfiet li tim qatt sofra fi staġun wieħed tal-Premier League.
  • Il-85 punt ta' Chelsea hu rekord ġdid għall-aktar numru ta' punti miksuba fi staġun ta' 38 logħba mingħajr l-akkwist tat-titlu. It-83 punt ta' Arsenal akkumulati mit-tim ta' Arsenal hu rekord ġdid għall-aktar numru ta' punti miksuba fi staġun ta' 38 logħba minn tim li spiċċa t-tielet.
  • Cristiano Ronaldo għeleb ir-rekord personali għall-aktar numru ta' gowls skurjati minn midfilder, b'rekord ġdid ta' 31 gowl. Ir-rekord preċedenti kien ta' 17-il gowl mill-istaġun ta' qabel. Aktar minn hekk, il-31 gowl li skorja huma l-aktar total ta' gowls skurjati fi Premier League matul staġun ta' 38 logħba, fejn ugwalja r-rekord ta' Alan Shearer fl-istaġun 1995-96.
  • Fernando Torres skorja 24 gowl għal Liverpool, fejn dan hu rekord ġdid għall-aktar numru ta' gowls skurjati minn plejer waqt l-istaġun debuttanti.
Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads