Ashley Young
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Ashley Simon Young (twieled fid-9 ta' Lulju 1985) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab ma' Aston Villa.
Remove ads
Karriera
Watford
Ta' tmintax-il sena iddebutta mal-ewwel tim ta' Watford taħt Ray Lewington f'Settembru tal-2003, fejn skorja kontra Millwall wara li kien daħal bħala sostitut.[1] Matul dak l-istaġun għamel ħames dehriet oħra minn fuq il-bank tas-sostituti, fejn skorja tliet gowls. Young spikka aktar fl-istaġun 2004–05 fejn lagħab 34 logħba ma' Watford fil-ġlieda tagħhom biex ikomplu jilgħabu fiċ-Championship. Minkejja li ma sabx ix-xibka f'ebda okkażjoni, hu assista numru ta' gowls. Il-prestazzjonijiet tiegħu f'dak l-istaġun rawh jiġi vvutat mill-klabb bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena.
Taħt Aidy Boothroyd, matul l-istaġun 2005–06, Young ingħata rwol ġdid bħala attakkant. Young beda 41 logħba tal-kampjonat, fejn skorja 15-il darba, bit-tim jispiċċa promoss fil-Premier League.
L-esperjenza ta' Young fil-Premier League 2006–07 bdiet tajjeb, fejn skorja tliet gowls, fosthom gowl fl-aħħar minuta kontra Fulham. Fis-suq tat-trasferimenti ta' Jannar tal-2007, tliet klabbs offrew somma ta' £5 miljun għas-servizzi tal-plejer ta' taħt il-21 sena. Watford irrifjutaw dawn l-offerti, u anki offerta oħra ta' £7 miljun minn klabb mhux magħruf.[2]
Offerta ikbar ta' madwar £10 miljun minn West Ham United ġiet aċċettata, però, Young irrifjutaha minħabba li ma riedx jingħaqad ma' tim fejn ir-relegazzjoni kienet xi ħaġa li jridu jaffaċċjaw kull sena.[3]
Aston Villa

Nhar it-18 ta' Jannar, Aston Villa għamlu offerta ta' £8 miljun (somma li kellha titla' għal £9.75 miljun wara ċerti klawżoli), offerta li ġiet aċċetta. Jumejn wara, il-kowċ ta' Aston Villa Martin O'Neill ikkonferma li l-plejer qabel li jingħaqad mal-klabb. Young għamel it-testijiet mediċi nhar il-21 ta' Jannar u l-uffiċjalità tal-ingaġġ tal-plejer waslet fit-23 ta' Jannar 2007.[4] Fil-31 ta' Jannar, hu mmarka d-debutt tiegħu għal Villa b'gowl ġewwa St James' Park kontra Newcastle United, minkejja li Villa ħarġu telliefa 3–1. L-istaġun 2007–08 kien wieħed tajjeb għal Young, fejn irċieva diversi drabi l-unur tal-Plejer tal-Partita. Il-forma tajba tiegħu kienet premjata b'sejħa mat-tim nazzjonali. Matul dan l-istaġun, Young spiċċa t-tieni wara Cesc Fàbregas fin-numru ta' assists provduti, b'Young jagħmel 17-il wieħed.[5] Young ġie mniżżel fit-Tim tas-Sena tal-Premier League, fejn barra l-gowlkiper ta' Portsmouth David James, hu kien l-uniku plejer li ma kienx ġej mill-hekk imsejħa "L-Ikbar Erbgħa" (Chelsea, Arsenal, Liverpool u Manchester United)
Il-bidu tajjeb għall-istaġun 2008–09 rah jieħu l-unur tal-Plejer tax-Xahar ta' Settembru. Fl-4 ta' Novembru 2008, Young iffirma kuntratt ġdid ta' erba' snin li se jżommu mal-klabb sal-2012.[6] L-istaġun intemm fuq nota pożittiva għal Young hekk kif ġie ivvutat bħala l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena skont il-PFA, u għat-tieni sena konsekuttiva sab post fit-Tim tas-Sena tal-PFA.
Fl-istaġun 2010–11 Young ġie maħtur bħala viċi-kaptan tal-iskwadra u beda jiġi skjerat f'pożizzjoni iktar ċentrali wara l-attakkant. L-ewwel gowl tal-istaġun wasal minn frikik dirett kontra Bolton Wanderers fit-18 ta' Settembru 2010. Is-sena ntemmet b'disa' gowls u 14-il assist f'39 partita għal Villa f'kull kompetizzjoni.
Manchester United
Nhar it-23 ta' Ġunju 2011, Young kompla t-trasferiment tiegħu ma' Manchester United, fejn wara li kompla t-testijiet mediċi ffirma kuntratt ta' ħames għal somma mhux magħrufa.[7] L-ewwel gowls mal-klabb waslu fir-rebħa ta' 8–2 fuq Arsenal nhar it-28 ta' Awwissu.
Remove ads
Internazzjonali
Wara prestazzjonijiet eklatanti ma' Watford matul l-istaġun 2005–06 li tawh post qalb it-tim ta' taħt il-21 sena tal-Ingilterra, nhar il-31 ta' Awwissu 2007, Steve McClaren sejjaħ lil Young mat-tim nazzjonali tal-kbar tal-Ingilterra għaż-żewġ partiti mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra r-Russja u l-Iżrael. Fis-16 ta' Novembru 2007, Young finalment iddebutta bil-flokk Ingliż meta daħal bħala sostitut f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstrija.
Nhar it-12 ta' Ottubru 2010, Young beda l-ewwel logħba tiegħu mal-ewwel ħdax għall-Ingilterra kontra l-Montenengro, valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012. Hu skorja l-ewwel gowl internazzjonali f'logħba ta' ħbiberija kontra d-Danimarka fid-9 ta' Frar 2011 ġewwa Kopenħagen, gowl li ta r-rebħa lill-Ingilterra 2–1. It-tieni gowl tiegħu wasal kontra l-Iżvizzera fl-4 ta' Ġunju 2011, fil-pari ta' 2–2.
Remove ads
Statistika tal-karriera
Klabb
Statistika korretta sat-23 ta' Ġunju 2011
Internazzjonali
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads