Pulja

reġjun Taljan From Wikipedia, the free encyclopedia

Pulja
Remove ads

Pulja[1] hija reġjun fl-Italja, li tinsab fil-parti tan-Nofsinhar tal-peniżola tal-pajjiż. Il-Baħar Adrijatiku fil-Lvant, l-Istrett ta’ Otranto u l-Baħar Joniku fix-Xlokk u l-Golf ta’ Taranto fin-Nofsinhar jinsabu mal-fruntieri tar-reġjun. Ir-reġjun fih 19,345 kilometri kwadri (7,469 sq mi), b'popolazzjoni ta' madwar erba’ miljun persuna. Pulja hi mdawra b’reġjuni Taljani oħra li huma Molise fit-Tramuntana, Campania fil-Punent, u Basilicata fil-Lbiċ. Il-Belt Kapitali tagħha hija Bari.

Quick facts Amministrazzjoni, Kap tal-Gvern ...

Fil-qedem, preċiżament fil-bidu tal-ewwel millennju QK, kienu joqogħdu l-lapiġini fir-reġjun ta' Pulja, filwaqt li l-inħawi kostali matul is-seklu 8 QK kienu popolati mill-Griegi tal-qedem.[2] Aktar tard, ir-reġjun inħakem mir-Rumani tal-qedem, wara mill-Biżantini, segwit min-Normanni, l-Aragoniżi u l-Ispanjoli. Sussegwentement, saret parti mir-Renju taż-Żewġ Sqallijiet biex imbagħad daħlet fir-Renju tal-Italja, li ġie unifikat meta fl-1860 madwar 1,000 persuna baħħru mill-Quarto dei Mille u wasslu f’Marsala biex jaħkmu r-Renju taż-Żewġ Sqallijiet.

Remove ads

Ġeografija

Il-kosta ta' Pulja hija l-itwal fost dawk ta' reġjuni oħra fil-gżira ewlenija tal-Italja. Fin-naħa ta’ fuq, il-promontorju ta’ Gargano jestendi 'l barra fuq il-Baħar Adrijatiku bħal “xprun”, waqt li fin-naħa ta’ isfel, il-peniżola ta’ Salento tifforma t-“takkuna” tal-buza tal-Italja. [3] L-ogħla quċċata fir-reġjun hi Monte Cornacchia li tinsab 1,152 m (3,780 pied) ' il fuq mil-livell tal-baħar fi ħdan il-Muntanji ta' Daunian, fit-Tramuntana tul l-Appennini.

F’Pulja, issib żewġ parks nazzjonali, il-Park Nazzjonali ta’ Alta Murgia u l-Park Nazzjonali ta’ Gargano. [4]

Il-maġġorparti ta' Pulja, speċjalment fil-peniżola ta’ Salento, hi ċatta bi ftit tlajja’ li mhumiex wieqfa ħafna, ‘l barra mill-parks nazzjonali fit-Tramuntana u fil-Punent.

Il-klima hija tipikament Mediterranja bi sjuf sħan, nexfin u xemxin, u xtiewi moderati u bix-xita. Rari tinżel il-borra, speċjalment fuq il-kosta, iżda riċentament niżlet f'Jannar tal-2019 (din segwiet il-borra li niżlet f'Marzu tal-2018 u f'Jannar tal-2017). Pulja hija waħda mill-aktar reġjuni sħan u nexfin tal-Italja fis-sajf, b'temperaturi li kultant jilħqu u jaqbżu l-40 °C (104 °F) f'Lecce u f'Foggia.

Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads