Sergio Mattarella

From Wikipedia, the free encyclopedia

Sergio Mattarella
Remove ads

Sergio Mattarella (Palermo, 23 ta' Lulju 1941) huwa t-tnax-il President tar-Repubblika Taljana.

Quick Facts President tal-Italja, judge of the Constitutional Court of Italy (en) ...
Remove ads

Bin Bernardo u ħu Piersanti Mattarella, it-tnejn membri tal-Partit Demokristjan, it-tieni wieħed maqtul mill-Mafja.

Kien elett fl-1983 mal-fazzjoni xellugija tal-Partit Demokristjan; meta xolja ingħaqad mal-Popolari (PPI), u fl-aħħar mal-Partit Demokartiku. Kien Ministru fil-gvernijiet ta' Giovanni Goria, Ciriaco De Mita u Andreotti. Irriżenja fl-1990 wara li għaddiet il-Liġi Mammì li privileġġjat lil Berlusconi.

Wara r-referendum ta' 1993 ħejja liġi elettorali ġdida. Kien Deputat Prim Ministru fil-gvern ta' D'Alema (1999-2000). Fl-1999 sar Ministru tad-Difiża u baqa' hekk fil-gvern ta' Amato. Reġa' kien elett fil-Parlament fl-2001 u fl-2006.

Fl-2011 kien elett Imħallef fil-Qorti Kostituzzjonali.

Fil-31 ta' Jannar 2015, wara erba' votazzjonijiet, kważi żewġ terzi tal-Parlamentari ivvutaw biex Mattarella ikun President. Huwa kien il-kandidat tal-Partit Demokratiku immexxi mill-Prim Ministru Matteo Renzi.

Remove ads
Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads