Sminthopsis

From Wikipedia, the free encyclopedia

Sminthopsis
Remove ads

Sminthopsis huwa ġeneru ta' mammiferi, l-marsupjali karnivori, eżattament id-Dunnarti, tal-kontinent ta' l-Awstralja.

Quick facts Klassifikazzjoni xjentifika ...

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Sminthopsinae u fit-tribù Sminthopsini ma' 2 ġeneri oħra, li huma Antechinomys u Ningaui.

Il-ġeneru Sminthopsis jiġbor fiħ 22 speċi, li 21 minn dawn huma estanti jew ħajjin u speċi waħda biss estinta. Dawn jinsabu mifruxin fuq il-kontinent gżira ta' l-Awstralja fuq il-gżira ta' Gwineja l-Ġdida u fuq xi gżejjer oħrajn żgħar. Fin-numru ta' speċi dan il-ġeneru huwa l-akbar u l-aktar ta' suċċess tat-tribù Sminthopsini, tas-sottofamilja Sminthopsinae, tal-familja Dasyuridae u ta' l-ordni Dasyuromorphia.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dunnart, Sminthopsini, Sminthopsinae, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)

Remove ads

Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Sminthopsis

  • Ġeneru Sminthopsis (Thomas,1887)
    • Sminthopsis aitkeni (Kitchener & Stoddart& Henry,1984)
    • Sminthopsis archeri (Van Dyck,1986)
    • Sminthopsis bindi (Van Dyck & Woinarski & Press,1994)
    • Sminthopsis boullangerensis (Crowther & Dickman & Lynam,1999)
    • Sminthopsis butleri (Archer,1979)
    • Sminthopsis crassicaudata (Gould,1844)
    • Sminthopsis dolichura (Kitchener & Stoddart & Henry,1984)
    • Sminthopsis douglasi (Archer,1979)
    • Sminthopsis floravillensis (Archer,1982) (estinta)
    • Sminthopsis fuliginosus (Gould,1852)
    • Sminthopsis gilberti (Kitchener & Stoddart & Henry,1984)
    • Sminthopsis granulipes (Troughton,1932)
    • Sminthopsis griseoventer (Kitchener & Stoddart & Henry,1984)
    • Sminthopsis hirtipes (Thomas,1898)
    • Sminthopsis leucopus (Gray,1842)
    • Sminthopsis longicaudata (Spencer,1909)
    • Sminthopsis macroura (Gould,1845)
    • Sminthopsis murina (Waterhouse,1838)
    • Sminthopsis ooldea (Troughton,1965)
    • Sminthopsis psammophila (Spencer,1895)
    • Sminthopsis virginiae (Tarragon,1847)
    • Sminthopsis youngsoni (McKenzie & Archer,1982)
Remove ads

Referenzi

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.
Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads