Split
belt fil-Kroazja From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Split (/ˈsplɪt/;[1][2] pronunzja bil-Kroat: [splît]) hija t-tieni l-akbar belt tal-Kroazja u l-ikbar belt tar-reġjun tad-Dalmazja, b'madwar 250,000 persuna jgħixu fiż-żona urbana tagħha. Tinsab fuq ix-xatt tal-Lvant tal-Baħar Adrijatiku u hija mifruxa fuq peniżola ċentrali u l-inħawi tagħha. Il-belt hija ċentru tat-trasport intrareġjonali u hija destinazzjoni turistika popolari. Il-belt hija marbuta mal-gżejjer Adrijatiċi u mal-peniżola Apennina.
![]() |
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Remove ads
Isem
Permezz ta' teorija popolari, il-belt kisbet isimha mill-pjanta xewkija Calicotome spinosa (ασπάλαθος bil-Grieg), li għaliha ġiet msemmija l-kolonja Griega ta' Aspálathos (Aσπάλαθος) jew Spálathos (Σπάλαθος). It-teorija hija dubjuża peress li hemm pjanta xewkija Spanjola (Spartium junceum, Brnistra jew žuka bil-Kroat) li hija pjanta iktar frekwenti fiż-żona. Madankollu, minħabba li huma pjanti simili, wieħed jista' jifhem kif inqalgħet il-konfużjoni.
Remove ads
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Kumpless Storiku ta' Split bil-Palazz ta' Djoklezjanu ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[3]

Remove ads
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads