Fenek ta' denbu qotni tal-foresta

From Wikipedia, the free encyclopedia

Fenek ta' denbu qotni tal-foresta
Remove ads

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta Sylvilagus brasiliensis, magħruf ukoll bħala Tapeti u Fenek Brażiljan, huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha. Din l-ispeċi hija waħda mis-16-il denb qotni tal-kontinenti Amerikani tal-ġeneru Sylvilagus u flimkien ma' 5 speċi oħra huwa miġbur fis-sottoġeneru Tapeti.

Quick Facts Klassifikazzjoni xjentifika, Isem binominali ...

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta huwa wieħed solitarju u ta' abitudni notturni (jkun attiv bil-lejl), ħafna drabi minn ftit wara nżul ix-xemx sa ftit qabel it-tlugħ. Dan id-denb qotni jippreferi jgħix f'ambjent ta' foresta, b'abitat fil-qrib ta' artijiet ta' l-għargħar jew mal-ġnub tax-xmajjar, għalkemm kemm il-darba jinstab jiekol fil-ġonna u f'egħlieqi kkultivati.

It-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti huwa wieħed mil-ftit speċi ta' denb qotni li huwa komuni matul il-firxa tad-distribuzzjoni kollha u b'hekk ma' l-"IUCN Red List of Threatened Species" qiegħed imniżżel bħala leporidu fi stat ta' "L-inqas ħsieb" ("Least Concerned").

Remove ads

Distribuzzjoni

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta għandu distribuzjoni vasta mifruxha ma' bosta pajjiżi fl-Amerika Centrali u fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel. Dan il-fenek huwa speċi li jinsab fil-foresti ta' l-Arġentina, Beliże, Bolivja, Kolombja, Kosta Rika, Ekwador, El Salvador, Gujana, Gujana Franċiża, Gwatemala, Ħonduras, Messiku, Nikaragwa, Panama, Paragwaj, Peru, Surinam u Venezwela.

Klassifikazzjoni

  • Ordni Lagomorpha
    • Familja Leporidae
      • Ġeneru Sylvilagus
        • Sottoġeneru Tapeti
        • Fenek ta' denbu qotni tal-foresta, Sylvilagus brasiliensis
          • Sottospeċi
          • Sylvilagus brasiliensis andinus (Thomas, 1897)
          • Sylvilagus brasiliensis apollinaris (Thomas, 1920)
          • Sylvilagus brasiliensis brasiliensis (Linnaeus, 1758)
          • Sylvilagus brasiliensis capsalis (Thomas, 1913)
          • Sylvilagus brasiliensis caracasensis (Mondolfi & Méndez Aroche, 1957)
          • Sylvilagus brasiliensis chillae (Anthony, 1957)
          • Sylvilagus brasiliensis chotanus (Hershkovitz, 1938)
          • Sylvilagus brasiliensis defilippi (Cornalia, 1850)
          • Sylvilagus brasiliensis fulvescens (J.A. Allen, 1912)
          • Sylvilagus brasiliensis gabbi (J.A. Allen, 1877)
          • Sylvilagus brasiliensis gibsoni (Thomas, 1918)
          • Sylvilagus brasiliensis inca (Thomas, 1913)
          • Sylvilagus brasiliensis kelloggi (Anthony, 1923)
          • Sylvilagus brasiliensis meridensis (Thomas, 1904)
          • Sylvilagus brasiliensis minensis (Thomas, 1901)
          • Sylvilagus brasiliensis paraguensis (Thomas, 1901)
          • Sylvilagus brasiliensis peruanus (Hershkovitz, 1950)
          • Sylvilagus brasiliensis sanctamartae (Hershkovitz, 1950)
          • Sylvilagus brasiliensis surdaster (Thomas, 1901)
          • Sylvilagus brasiliensis tapetillus (Thomas, 1913
          • Sylvilagus brasiliensis truei (J.A. Allen, 1890)
Remove ads

Referenzi

  • Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus brasiliensis Fil-Periklu kritiku ta' estinzjoni. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006
  • Louise H. Emmons and Francois Feer, 1997 - Neotropical Rainforest Mammals, A Field Guide.
Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads