Theofanis Gekas

From Wikipedia, the free encyclopedia

Theofanis Gekas
Remove ads

Theofanis Gekas (bil-Grieg: Θεοφάνης Γκέκας; twieled fit-23 ta' Mejju 1980) huwa eks-plejer tal-futbol u kowċ Grieg li kien jilgħab bħala attakkant.

Quick facts Informazzjoni personali, Isem sħiħ ...
Remove ads

Karriera

Klabb

Beda l-karriera tiegħu mal-Panathinaikos fejn f'41 logħba skorja 23 gowl. Mir-rebbiegħa tal-2006, it-tim Ġermaniż ta' Bochum beda juri interess fil-plejer, imma l-prezz tal-plejer għalihom kien wisq għoli u għażlu li jieħduh b'self għal sena għal somma ta' 300,000 ewro bl-għażla li jixtruh b'mod definittiv fl-aħħar tas-sena għal 700,000 ewro. Ma' Bochum skorja 20 gowl fl-istaġun 2006–07, l-aqwa skorer fil-Bundesliga.

F'April tal-2007 ġie akwistat minn Bayer Leverkusen għal 4 miljun ewro. Il-bidu tal-istaġun 2007–08 kien wieħed tajjeb, imma bil-mod il-mod spiċċa fil-marġini tat-tim immexxi mill-kowċ Michael Skibbe, li bdieh ħafna drabi mill-bank. Il-perjodu barra ta' Dmitri Bulykin, sarraf f'aktar spazju mal-ewwel ħdax għal Gekas u wasal biex skorja numru ta' gowls importanti fosthom dak li ta post lil Bayer Leverkusen fil-kwarti tal-finali tat-Tazza UEFA.

Nhar it-2 ta' Frar, 2009, ġie imsellef lit-tim ta' Tony Adams, Portsmouth, li ftit wara ġie mkeċċi minn xogħlu u postu ħadu Paul Hart. Ftit li xejn kien involut fil-logħob, fejn kellu jistenna xahrejn sabiex jilgħab l-ewwel partita tiegħu mal-klabb Ingliż.

Wara li skada l-perjodu tiegħu ma' Portsmouth, ir-ritorn lura lejn Bayern għall-istaġun 2009–10 ftit li xejn kien sodisfaċenti fejn niżel biss fil-grawnd sitt darbiet mingħajr ma jsib ix-xibka. Kien għal dawn ir-raġunijiet li fis-17 ta' Diċembru, 2009, ingħaqad b'self ma' Hertha Berlin sa tmiem l-istaġun.

F'Mejju tal-2010 iffirma kuntratt ta' sentejn mal-Eintracht Frankfurt.

Internazzjonali

Theofanis Gekas iddebutta mat-tim nazzjonali Grieg fl-2005 meta ġie magħżul mill-kowċ Otto Rehhagel, u pparteċipa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005 u fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008, fejn skorja 5 gowls. Gekas sar figura regolari fi ħdan it-tim nazzjonali Grieg, fejn spiċċa bħala l-aqwa skorer taż-Żona Ewropea fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, b'10 gowls.

Remove ads

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads