Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010

From Wikipedia, the free encyclopedia

Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010
Remove ads

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 kienet id-dsatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Ġie skedat li jkun bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010 fl-Afrika t'Isfel. Din kienet l-ewwel darba li l-kampjonat ġie ospitat minn pajjiż Afrikan, wara li l-Afrika t'Isfel għelbet fl-isfida finali lill-"kuġini" tagħha Afrikani tal-Eġittu u l-Marokk sabiex jospitaw l-edizzjoni. Dan wassal biex il-konfederazzjoni Oċeanika tal-futbol tkun l-unika konfederazzjoni li għadha ma żammitx edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Quick facts Dettalji tal-kompetizzjoni, Pajjiż ospitanti ...

Tnejn u tletin tim ġew magħżula sabiex jipparteċipaw meta kkwalifikaw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2007. Fl-ewwel rawnd it-timijiet ikkompetew flimkien fi gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed, bl-aqwa żewġ timijiet jaqtgħu l-passaġġ għall-fażi suċċessiva. Is-sittax-il tim javvanzaw għall-fażi eliminatorja li tinkludi tliet rawnd li fl-aħħar jiddeterminaw l-aħħar żewġ timijiet li jikkontestaw il-finali.

Spanja rebħu dan it-turnew, fejn fil-finali, iċ-ċampjins Ewropej għelbu lit-tim Olandiż fil-ħin barrani bl-iskor ta' 1–0, gowl li wasal minn Andrés Iniesta. Dan kien l-ewwel titlu mondjali għat-tim Spanjol. L-Italja kienet qed tiddefendi t-titlu li kisbet fl-edizzjoni preċedenti, iżda falliet hekk kif inqalgħet fil-fażi eliminatorja.

Remove ads

L-għażla tal-ospitu

L-Afrika ġiet magħżula bħala l-ospitu tat-Tazza tad-Dinja 2010 bħala parti minn politika ġdida li tikkonsisti fir-rotazzjoni ta' dan l-avveniment bejn il-konfederazzjonijiet tal-futbol (idea li ġiet abbandunata f'Ottubru tal-2007). Ħames pajjiżi Afrikani għamlu offerta biex jospitaw l-edizzjoni tal-2010 tat-Tazza tad-Dinja:

Minħabba d-deċiżjoni suċċessiva tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA biex il-kampjonat ma jiġix ospitat minn żewġ pajjiżi, it-Tuneżija irtirat il-kandidatura tagħha. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li ma jaċċettax lil-Libja bħala ospitu minħabba li ma laħqitx il-kriterji uffiċjali.

Wara rawnd ta' voti, l-offerta rebbieħa ġiet mħabbra mill-president tal-FIFA Sepp Blatter waqt konferenza stampa fil-15 ta' Mejju 2004, f'Żurigu. L-Afrika t'Isfel ingħatat id-dritt li tospita dan it-turnew, fejn għelbet l-isfida tal-Marokk u l-Eġittu.[1]

More information Riżultati, Pajjiż ...
  • Tuneżija Tuneżijairtirat fit-8 ta' Mejju 2004 wara li żewġ ospiti ma kinux aċċettati
  • Libja Libjal-offerta ġiet irrifjutata: il-kandidatura ma laħqitx il-kriterji u l-ospitu bejn żewġ pajjiżi ma kienx aċċettat

Għajdut ta' ospitu ġdid

Diversi għajdut ċċirkulaw f'sorsi varji tal-aħbarijiet li kienu jsostnu li t-Tazza tad-Dinja 2010 tista' ssir f'pajjiż ieħor.[2][3] Xi nies, fosthom Franz Beckenbauer, Horst R. Schmidt u, anki, xi eżekuttivi tal-FIFA, esprimew id-dubji tagħhom fuq il-pjan, l-organizzazzjoni u ż-żmien ta' preparazzjoni tal-AFrika t'Isfel. Madanakollu, l-uffiċjali tal-FIFA komplew isostnu li se jkomplu jagħtu s-sosten tagħhom lill-Afrika t'Isfel, u stqarrew li l-avveniment mhux se jitmexxa lejn pajjiż ieħor, bil-president tal-FIFA Sepp Blatter kompla jsostni li t-Tazza tad-Dinja 2010 se ssir fl-Afrika t'Isfel.[4] Blatter stqarr li hemm pjan ta' kontinġenza biex it-Tazza tad-Dinja issir x'imkien ieħor imma dan ikun f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, u li t-Tazza tad-Dinja tal-2006 fil-Ġermanja kellha wkoll pjan ta' kontinġenza simili.[5]

Minkejja l-assigurazzjoni min-naħa tal-FIFA li l-avveniment jitmexxa biss f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, xi għajdut kompla jiċċirkula dwar il-possibilità ta' ospitu ġdid. Dan l-għajdut kollu ġie kkritikat mid-deputat Ministru tal-Finanzi tal-Afrika t'Isfel Jabu Moleketi, fejn qal li dan l-għajdut sar biex ipoġġi dehra negattiva għall-Afrika t'Isfel u l-Afrika.[6]

Remove ads

Kwalifikazzjoni

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.

Bħala l-pajjiż ospitu, l-Afrika t'Isfel awtomatikament irċieva post fil-fażi finali. Madanakollu, l-Afrika t'Isfel xorta waħda ħadet sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni minħabba li dawn iservu wkoll bħala turnew ta' kwalifika għat-Tazza Afrikana 2010. Din hi l-ewwel darba mill-1934 li ospitu tat-Tazza tad-Dinja, ipparteċipa xorta waħda fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja. Bħat-turnew preċedenti, iċ-ċampjins renjanti tal-Italja, ma ngħatawx aċċess awtomatiku għall-fażi finali.

Il-poloz għall-fażi preliminarja ttellgħu f'Durban, fl-Afrika t'Isfel, fil-25 ta' Novembru 2007.

Timijiet kwalifikati

It-32 tim segwenti kkwalifikaw għall-fażi finali tal-kompetizzjoni.

AFC (4)
  •  Awstralja
  •  Ġappun
  •  Korea ta' Fuq
  •  Korea t'Isfel
CAF (6)
  •  Afrika t'Isfel (ospiti)
  •  Alġerija
  •  Gana
  •  Kamerun
  •  Kosta tal-Avorju
  •  Niġerja
CONCACAF (3)
CONMEBOL (5)
OFC (1)
UEFA (13)
Thumb
Timijiet kwalifikati kuluriti bl-aħdar. Għal-Leġġenda għal żoni oħra, ara hawnhekk.

Din hija l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ma rat lil ebda tim jikkwalifikaw għall-ewwel darba, minkejja li tnejn minn dawk li kkwalifikaw (is-Slovakkja u s-Serbja) preċedentament kienu dehru f'isem żewġ pajjiżi oħra. Is-Slovakkja kienu ħadu sehem taħt l-isem taċ-Ċekoslovakkja, waqt li s-Serbja kkompetew bħala parti mill-Jugożlavja u tas-Serbja u Montenegro. Fiż-żewġ każi, il-FIFA ikkunsidrat liż-żewġ timijiet bħala l-eredi tar-rekords tal-pajjiżi li kienu jappartjenu għalihom qabel.

Kontroversji fil-kwalifikazzjoni

Kontroversja nqalgħet fuq il-partiti ta' kwalifika bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-Kosta Rika u l-Urugwaj, u l-Eġittu u l-Alġerija f'Novembru 2009.

Fit-tieni leg tal-play-off bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-kaptan ta' Franza Thierry Henry lagħab il-ballun b'idu f'azzjoni li wasslet għall-gowl tal-pari għall-Franċiżi, mingħajr ma kien jaf ir-referi.[7] L-inċident qajjem dibattitu sħun fuq kif il-partiti għandhom jiġu mmexxija fl-ogħla livell. Il-FIFA irrifjutat ir-rikjesta min-naħa tal-Federazzjoni tal-futbol Irlandiża sabiex tirrepeti l-logħba, waqt li aktar tard kien hemm rikjesta sabiex l-Irlanda tkun it-33 tim fit-Tazza tad-Dinja, rikjesta li aktar tard ġiet imwaqqha. Il-Kosta Rika qajmet ilment fuq il-gowl tal-Urugwaj fil-logħba ta' spareġġ tal-CONMEBOL-CONCACAF li ta r-rebħa lis-Sud-Amerikani,[8] waqt li l-aħħar partita bejn l-Eġittu u l-Aġerija kienet imdawwra minn rapporti fuq problemi fost il-partitarji.

Bħala tweġiba għall-inċidenti li nqalgħu matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni u fuq kontroversja ta' tixħim fil-futbol, nhar it-2 ta' Diċembru 2009, il-FIFA sejħet laqgħa straordinarja tal-Kumitat Eżekuttiv. Wara l-laqgħa, il-FIFA ħabbret kienu se jagħmlu inkjesta fuq it-teknoloġija u uffiċjali żejda fil-partiti, però ma ħabbrux li kienu se jintroduċu l-assistenti mal-linji tal-gowls kif kienet diġà adottata fl-Europa League, u minflok kompla jiġi misħuq li l-kompetizzjoni fl-Afrika t'Isfel se tkun immexxiha bħal qabel, b'referi wieħed, żewġ assistenti, u r-raba' uffiċċjal.[9] Fuq is-suġġett dwar il-logħob rett, il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr:

 Nappella lil kull plejer u kowċ sabiex josserva l-logħob rett. Fl-2010 iridu nuru li l-futbol imur 'il hemm minn sempliċi daqqiet ta' ballun imma għandu valur soċjali u kulturali...Għalhekk nistaqsu lill-plejers sabiex 'jekk jogħġobkom osservaw il-logħob rett' sabiex inkunu eżempju lill-kumplament tad-dinja. 

President tal-FIFA Sepp Blatter
Remove ads

Stadji

Fl-2005, l-organizzaturi ħarġu lista proviżorja tat-tlettax-il stadju li se jintużaw għat-Tazza tad-Dinja: Bloemfontein, Cape Town, Durban, Johannesburg (żewġ impjanti), Kimberley, Nelspruit, Orkney, Polokwane, Port Elizabeth, Pretorja (żewġ impjanti), u Rustenburg. Dan in-numru tnaqqas għal għaxra[10] li kienu uffiċjalment mħabbra fis-17 ta' Marzu 2006 mill-FIFA:

More information Rustenburg, Pretorja ...

Preparamenti

Ħames stadji ġodda ġew mibnija għal dan il-kampjonat, u ħamsa minn dawk li diġà jeżistu ġew estiżi. L-ispiża totali tal-kostruzzjoni se tkun madwar R8.4 biljun.[11]

Minbarra l-ħidma fuq l-istadji l-ġodda li nbnew u dawk li tranġaw, l-Afrika t'Isfel ħdamet biex ittejjeb l-infrastruttura preżenti tat-trasport pubbliku, u biex timplimenta miżuri speċjali sabiex tassigura s-sigurtà u s-saħħa tan-nies lokali u t-turisti internazzjonali li jkunu qed jattendu għall-partiti, skont il-kriterji tal-FIFA.[12]

Il-mod ta' kif ġew effetwati dawn il-preparamenti, intlaqa' minn rispons qawwi mill-FIFA, fejn deher li kienu lesti sabiex jospitaw ġewwa pajjiżhom wieħed mill-ikbar avvenimenti sportivi li huwa segwit b'tant fervur minn miljuni ta' nies.[13]

Remove ads

Sorteġġ tal-gruppi

Il-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA approvat il-proċedura għat-tlugħ finali tal-gruppi nhar it-2 ta' Diċembru 2009. It-timijiet ġew maqsuma f'erba' urni differenti, bl-aqwa seba' timijiet skont il-klassifika dinjija tal-FIFA ta' Ottubru 2009 flimkien mal-ospitanti tal-Afrika t'Isfel jitqgħedu fl-ewwel urna. Il-kumitat approva wkoll kif se jkunu magħmula l-urni l-oħra. It-tieni urna kienet komposta mill-Asja, l-Oċeanja, u l-Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew. It-tielet urna kienet tikkonsisti minn timijiet mill-Afrika u l-Amerika t'Isfel, u r-raba' urna bil-kumplament tat-timijiet Ewropej.

L-Afrika t'Isfel awtomatikament tqegħdu f'A1; is-seba' timijiet l-oħra mill-ewwel urna ġew pożizzjonati f'numru 1 tal-gruppi l-oħra B-H. Il-gruppi ġew mtella' minn A sa H, u l-pożizzjonijiet fil-grupp ġew mtella' għal Urna 2 sa 4. Il-kriterju ġeografiku ġie rispettat, jiġifieri li l-ebda tim mill-istess konfederazzjoni ma jista' jiġi fi grupp ma' tim ieħor mill-istess konfederazzjoni, ħlief għat-timijiet Ewropej li seta' jkun hemm massimu ta' tnejn fi grupp. L-Afrika t'Isfel ma setgħetx tiġi mniżżla mat-timijeit Afrika mill-Urna 3 u l-Arġentina u l-Brażil ma setgħux jiġu mtella' kontra l-kumplament tat-tliet timijiet miż-Żona tal-Amerika t'Isfel. L-ewwel żewġ timijiet Afrikani li ttellgħu minn Urna 3 daħlu mal-Arġentina u l-Brażil.[14]

More information Urna 1, Urna 2 ...

It-tlugħ tal-poloz saru f'Cape Town, fl-Afrika t'Isfel fis-19:00 (UTC+2) nhar l-4 ta' Diċembru 2009. Iċ-ċerimonja ġiet preżentata mill-attriċi Sud-Afrikana Charlize Theron, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jérôme Valcke. Numru ta' figuri sportivi taw sehemhom fit-tlugħ tal-poloz għall-gruppi.[15]

More information Grupp A, Grupp B ...
More information Grupp E, Grupp F ...
Remove ads

Referis

AFC
Arabja Sawdija Khalil Al Ghamdi
Użbekistan Ravshan Irmatov
Malażja Subkhiddin Mohd Salleh
Ġappun Yuichi Nishimura
CAF
Mali Koman Coulibaly
Afrika t'Isfel Jerome Damon
Seychelles Eddy Maillet
CONCACAF
El Salvador Joel Aguilar
Messiku Benito Archundia
Gwatemala Carlos Batres
Messiku Marco Antonio Rodríguez
CONMEBOL
Arġentina Héctor Baldassi
Urugwaj Jorge Larrionda
Ċili Pablo Pozo
Kolombja Óscar Ruiz
Brażil Carlos Eugênio Simon
Urugwaj Martín Vázquez
OFC
New Zealand Michael Hester
New Zealand Peter O'Leary
UEFA
Portugall Olegário Benquerença
Żvizzera Massimo Busacca
Belġju Frank De Bleeckere
Żvezja Martin Hansson
Ungerija Viktor Kassai
Franza Stéphane Lannoy
Italja Roberto Rosetti
Ġermanja Wolfgang Stark
Spanja Alberto Undiano Mallenco
Ingilterra Howard Webb
Remove ads

Skeda

Il-ħinijiet kollha huma UTC+2.

Fażi tal-gruppi

Fit-tabelli segwenti:

  • L = total ta' logħob li ntlagħbu
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls skurjati (favur)
  • GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra)
  • DG = differenza ta' gowls (GF–GK)
  • Pti = total ta' punti akkumulati

It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.

More information Leġġenda għall-kuluri fit-tabelli tal-gruppi ...

Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi

Għat-turnew tat-Tazza tad-Dinja, il-FIFA iddeċidiet sett ta' kriterji sabiex tidentifika kull pożizzjoni fil-grupp ta' kull tim fil-fażi tal-gruppi.[16]

  1. l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti kollha tal-grupp;
  2. differenza ta' gowls fil-partiti kollha tal-grupp;
  3. l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp;
  4. l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
  5. differenza ta' gowls mill-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
  6. l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
  7. tlugħ tax-xorti mill-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA.

Grupp A

More information Tim, L ...
11 ta' Ġunju 2010
Afrika t'Isfel 1–1 MessikuSoccer City, Johannesburg
Urugwaj 0–0 FranzaCape Town Stadium, Cape Town
16 ta' Ġunju 2010
Afrika t'Isfel 0–3 UrugwajLoftus Versfeld Stadium, Pretorja
17 ta' Ġunju 2010
Franza 0–2 MessikuPeter Mokaba Stadium, Polokwane
22 ta' Ġunju 2010
Messiku 0–1 UrugwajRoyal Bafokeng Stadium, Rustenburg
Franza 1–2 Afrika t'IsfelFree State Stadium, Bloemfontein

Grupp B

More information Tim, L ...
12 ta' Ġunju 2010
Korea t'Isfel 2–0 GreċjaNelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Arġentina 1–0 NiġerjaEllis Park Stadium, Johannesburg
17 ta' Ġunju 2010
Arġentina 4–1 Korea t'IsfelSoccer City, Johannesburg
Greċja 2–1 NiġerjaFree State Stadium, Bloemfontein
22 ta' Ġunju 2010
Niġerja 2–2 Korea t'IsfelMoses Mabhida Stadium, Durban
Greċja 0–2 ArġentinaPeter Mokaba Stadium, Polokwane

Grupp Ċ

More information Tim, L ...
12 ta' Ġunju 2010
Ingilterra 1–1 Stati UnitiRoyal Bafokeng Stadium, Rustenburg
13 ta' Ġunju 2010
Alġerija 0–1 SlovenjaPeter Mokaba Stadium, Polokwane
18 ta' Ġunju 2010
Slovenja 2–2 Stati UnitiEllis Park Stadium, Johannesburg
Ingilterra 0–0 AlġerijaCape Town Stadium, Cape Town
23 ta' Ġunju 2010
Slovenja 0–1 IngilterraNelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Stati Uniti 1–0 AlġerijaLoftus Versfeld Stadium, Pretorja

Grupp D

More information Tim, L ...
13 ta' Ġunju 2010
Serbja 0–1 GanaLoftus Versfeld Stadium, Pretorja
Ġermanja 4–0 AwstraljaMoses Mabhida Stadium, Durban
18 ta' Ġunju 2010
Ġermanja 0–1 SerbjaNelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
19 ta' Ġunju 2010
Gana 1–1 AwstraljaRoyal Bafokeng Stadium, Rustenburg
23 ta' Ġunju 2010
Gana 0–1 ĠermanjaSoccer City, Johannesburg
Awstralja 2–1 SerbjaMbombela Stadium, Nelspruit

Grupp E

More information Tim, L ...
14 ta' Ġunju 2010
Netherlands 2–0 DanimarkaSoccer City, Johannesburg
Ġappun 1–0 KamerunFree State Stadium, Bloemfontein
19 ta' Ġunju 2010
Netherlands 1–0 ĠappunMoses Mabhida Stadium, Durban
Kamerun 1–2 DanimarkaLoftus Versfeld Stadium, Pretorja
24 ta' Ġunju 2010
Danimarka 1–3 ĠappunRoyal Bafokeng Stadium, Rustenburg
Kamerun 1–2 NetherlandsCape Town Stadium, Cape Town

Grupp F

More information Tim, L ...
14 ta' Ġunju 2010
Italja 1–1 ParagwajCape Town Stadium, Cape Town
15 ta' Ġunju 2010
New Zealand 1–1 SlovakkjaRoyal Bafokeng Stadium, Rustenburg
20 ta' Ġunju 2010
Slovakkja 0–2 ParagwajFree State Stadium, Bloemfontein
Italja 1–1 New ZealandMbombela Stadium, Nelspruit
24 ta' Ġunju 2010
Slovakkja 3–2 ItaljaEllis Park Stadium, Johannesburg
Paragwaj 0–0 New ZealandPeter Mokaba Stadium, Polokwane

Grupp Ġ

More information Tim, L ...
15 ta' Ġunju 2010
Kosta tal-Avorju 0–0 PortugallNelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Brażil 2–1 Korea ta' FuqEllis Park Stadium, Johannesburg
20 ta' Ġunju 2010
Brażil 3–1 Kosta tal-AvorjuSoccer City, Johannesburg
21 ta' Ġunju 2010
Portugall 7–0 Korea ta' FuqCape Town Stadium, Cape Town
25 ta' Ġunju 2010
Portugall 0–0 BrażilMoses Mabhida Stadium, Durban
Korea ta' Fuq 0–3 Kosta tal-AvorjuMbombela Stadium, Nelspruit

Grupp H

More information Tim, L ...
16 ta' Ġunju 2010
Ħonduras 0–1 ĊiliMbombela Stadium, Nelspruit
Spanja 0–1 ŻvizzeraMoses Mabhida Stadium, Durban
21 ta' Ġunju 2010
Ċili 1–0 ŻvizzeraNelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Spanja 2–0 ĦondurasEllis Park Stadium, Johannesburg
25 ta' Ġunju 2010
Ċili 1–2 SpanjaLoftus Versfeld Stadium, Pretorja
Żvizzera 0–0 ĦondurasFree State Stadium, Bloemfontein

Fażi eliminatorja

Fil-fażi eliminatorja (li tinkludi l-finali), jekk il-partita tibqa' f'pari wara 90 minuta, żewġ perjodi ta' ħin miżjuda jiġu migħluba (ta' kwarta kull wieħed). Jekk ir-riżultat jibqa' xorta l-istess wara l-ħin barrani, il-partita tiġi deċiża permezz tal-għoti tal-penalties.

L-aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
26 ta' Ġunju – Port Elizabeth            
  Urugwaj  2
2 ta' Lulju – Johannesburg
  Korea t'Isfel  1  
  Urugwaj  1 (4)
26 ta' Ġunju – Rustenburg
    Gana  1 (2)  
  Stati Uniti  1
6 ta' Lulju – Cape Town
  Gana (ħ.s.)  2  
  Urugwaj  2
28 ta' Ġunju – Durban
    Netherlands  3  
  Netherlands  2
2 ta' Lulju – Port Elizabeth
  Slovakkja  1  
  Netherlands  2
28 ta' Ġunju – Johannesburg
    Brażil  1  
  Brażil  3
11 ta' Lulju – Johannesburg
  Ċili  0  
  Netherlands  0
27 ta' Ġunju – Johannesburg
    Spanja  1
  Arġentina  3
3 ta' Lulju – Cape Town
  Messiku  1  
  Arġentina  0
27 ta' Ġunju – Bloemfontein
    Ġermanja  4  
  Ġermanja  4
7 ta' Lulju – Durban
  Ingilterra  1  
  Ġermanja  0
29 ta' Ġunju – Pretorja
    Spanja  1   Logħba għat-tielet post
  Paragwaj  0 (5)
3 ta' Lulju – Johannesburg 10 ta' Lulju – Port Elizabeth
  Ġappun  0 (3)  
  Paragwaj  0   Urugwaj  2
29 ta' Ġunju – Cape Town
    Spanja  1     Ġermanja  3
  Spanja  1
  Portugall  0  

L-Aħħar sittax

More information Urugwaj, 2 – 1 ...

More information Stati Uniti, 1 – 2 (ħ.s.) ...

More information Ġermanja, 4 – 1 ...

More information Arġentina, 3 – 1 ...

More information Netherlands, 2 – 1 ...

More information Brażil, 3 – 0 ...

More information Paragwaj, 0 – 0 (ħ.s.) ...

More information Spanja, 1 – 0 ...

Kwarti tal-finali

More information Netherlands, 2 – 1 ...

More information Urugwaj, 1 – 1 (ħ.s.) ...

More information Arġentina, 0 – 4 ...

More information Paragwaj, 0 – 1 ...

Semifinali

More information Urugwaj, 2 – 3 ...

More information Ġermanja, 0 – 1 ...

It-Tielet post

More information Urugwaj, 2 – 3 ...

Finali

More information Netherlands, 0 – 1 (ħ.s.) ...
Remove ads

Statistika

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Statistika tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.

Skorers

Il-plejer Sud-Afrikan Siphiwe Tshabalala kien l-ewwel plejer li skorja gowl fil-kompetizzjoni, fil-logħba tal-ftuħ kontra l-Messiku li ntemmet 1–1. Id-difensur Daniż Simon Poulsen skorja l-ewwel awto-gowl tal-kampjonat, fit-telfa ta' 2–0 kontra l-Olanda. L-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín skorja l-ewwel tripletta f'dan it-turnew, fir-rebħa tal-Arġentina bl-iskor ta' 4–1 kontra l-Korea t'Isfel. Din it-tripletta kienet id-49 waħda fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja

L-aqwa erba' skorers ta' din il-kompetizzjoni spiċċaw ilkoll b'ħames gowls. Iż-Żarbuna tad-Deheb marret għal Thomas Müller tal-Ġermanja li kellu tliet assits. Iż-Żarbuna tal-Fidda marret għal David Villa ta' Spanja li lagħab total ta' 635 minuta, u ż-Żarbuna tal-Bronż marret f'idejn Wesley Sneijder tal-Olanda li lagħab 652 minuta. Diego Forlán tal-Urugwaj kellu ħames gowls u assist wieħed f'654 minutA. Tliet plejers oħra skorjaw erba' gowls.

Dixxiplina

Tmienja u għoxrin plejer ġew sospiżi minħabba li laqqtu żewġ karti sofor konsekuttivi (tlettax-il plejer), karta ħamra diretta (tmien plejers), jew karta safra b'karta ħamra aktar tard (seba' plejers).

Unuri

More information Żarbuna tad-Deheb, Ballun tad-Deheb ...
Remove ads

Simboli

Maskot

Il-maskot uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2010 huwa Zakumi, leopard b'xagħar aħdar, li ġie mħabbar fit-22 ta' Settembru 2008. Ismu ġej minn "ZA", akronimu għal "Afrika t'Isfel", u "kumi" li hi kelma li tfisser "għaxra" f'diversi lingwi Afrikani.[17] Il-kuluri tal-maskot jirriflettu dawk tat-tim nazzjonali tal-pajjiż ospitu – isfar u aħdar.

Kanzunetta uffiċjali

Il-kanzunetta uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja "Waka Waka" hi kantat mill-kantanta Kolombjana Shakira u l-grupp mużikali Freshlyground mill-Afrika t'Isfel, u kantata bl-Ingliż u bl-Ispanjol.[18] Il-kanzunetta hi bbażata fuq kanzunetta tradizzjonali tas-suldati Sud-Afrikani bl-isem ta' Zangalewa. Din il-kanzunetta tkantat fil-kunċert ta' qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja fl-10 ta' Ġunju f'Soweto u kif ukoll fiċ-ċerimonja tal-futħ fil-11 ta' Ġunju u fil-finali tal-11 ta' Lulju.

Ballun uffiċjali

Il-ballun uffiċjali għat-Tazza tad-Dinja, magħmul minn adidas, iġib l-isem ta' Jabulani, li jfisser "ċelebrazzjoni" fil-lingwa Zulu. In-numru ħdax għandu rwol prominenti f'dan il-ballun: dan huwa l-ħdax-il ballun tat-Tazza tad-Dinja magħmul minn kumpanija Ġermaniża; il-ballun jinkludi fih ħdax-il kulur, wieħed għal kull plejer fil-grawnd; u hemm ħdax-il lingwa uffiċjali fl-Afrika t'Isfel.[19] Ballun speċjali b'pannelli tad-deheb se jiġi wżat fil-finali ta' Johannesburg. Il-ballun hu mibni fuq disinn ġdid, li jikkonsisti minn tmien pannelli magħqudin flimkien b'mod sferiku.

Il-ballun ġie wżat waqt it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2009 li saret ġewwa l-Emirati Għarab Magħquda, u verżjoni speċjali tal-ballun, il-Jabulani Angola, kien il-ballun uffiċjali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010.

Xi stilel tal-futbol ilmentaw fuq il-ballun il-ġdid, fejn l-argument li ġabu 'l quddiem kien li t-trajjetorja tal-ballun kienet diffiċli biex wieħed jippredixxieha. Il-gowler Brażiljan Júlio César ikkompara l-ballun ma' wieħed li jixtri mingħanda tal-"ħanut" u li kien tajjeb għall-attakkanti waqt li jaħdem kontra l-gowlers.[20] Ċerti żbalji li saru minn gowlers matul din it-Tazza tad-Dinja ġew attribwiti lil dan il-ballun.[21]

Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads