Tony Formosa
kowċ tat-tim nazzjonal tal-futbol Malti From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Tony Formosa (2 ta’ Ġunju 1937 – 13 ta’ Jannar 2024) kien maniġer tal-futbol Malti li mexxa t-tim nazzjonali u għadd ta’ timijiet Maltin fl-ogħla livell.
Karriera
Formosa beda l-karriera tiegħu fil-futbol Malti fl-1960/61 iżda l-logħob tiegħu bħala plejer waqaf ħesrem fi Frar tal-1961, wara li kiser driegħu f'logħba kontra l-Marsa. B'kollox huwa lagħab biss erba' logħbiet għal St. Patrick F.C.
Kowċ tal-futbol
Formosa kellu diversi karigi maniġerjali mal-iprem timijiet Maltin, fosthom Ħamrun Spartans, Valletta, u Sliema Wanderers kif ukoll mat- tim nazzjonali u mat-tim Malti U18.[1] Formosa kien manager tat-tim nazzjonali li lagħab l-ewwel partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ungerija fl-1971[2] u kiseb rekord ta’ 40 partita mingħajr telfa ma’ Floriana.[3]
Wara l-futbol
Wara li kkowċja f’197 partita Maltija, Formosa rtira mit-tmexxja tat-timijiet tal-futbol u nħatar Kap tal-Isport fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kultura.[4] F’din il-pożizzjoni, ikkonvinċa lill-gvern biex jibni faċilitajiet sportivi ġodda u rnexxielu jiġbed lill-Formula One Offshore Powerboats World Championships lejn Malta għal tliet snin suċċessivi. [5]
Remove ads
Mewt
Formosa miet fit-13 ta’ Jannar 2024, fl-età ta’ 86 sena.[1]
Unuri
Valletta
- Premier League Malti : 1974
- FA Trophy ta' Malta : 1975
- Tazza Cassar: 1969
- Tazza tal-Indipendenza: 1975
Floriana
- Premier League Malti : 1977
- FA Trophy ta' Malta : 1976, 1981
- Tazza tal-Indipendenza: 1976, 1977, 1978
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads