Udo Nwoko

plejer tal-futbol Niġerjan u Malti From Wikipedia, the free encyclopedia

Remove ads

Udochukwu Nwoko (Abia, 15 ta' Ottubru 1984) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala midfilder.

Quick facts Informazzjoni personali, Isem sħiħ ...
Remove ads

Karriera

Nwoko ittrasferixxa Malta f'età ta' erbatax-il sena bix-xewqa li xi darba jkun jista' jikber f'wieħed mill-aqwa kampjonati fl-Ewropa. Hu beda l-karriera ma' Hibernians FC. L-iżblokk tiegħu fil-kampjonat Malti wasal fl-2002–03 fejn irnexxielu jagħmel sittax-il apparenza mal-klabb, minkejja li falla li jsib ix-xibka.

Fl-2004 mar fil-kampjonat Għawdxi mat-tim ta' Xewkija Tigers u kien ma' dan il-klabb li wera l-qawwa tiegħu quddiem il-gowl. Fi sbatax-il apparenza irnexxielu jiskorja ħmistax-il gowl, u b'hekk isir wieħed mill-ikbar prospetti għall-futbol Malti.

Wara staġun pożittiv f'Għawdex, Nwoko reġa' sab ruħu fil-kampjonat Malti fejn din id-darba ngħaqad mat-tim Mosti għall-istaġun 2005–06. Hu skorja sitt gowls f'għoxrin partita, imma dawn ma kinux biżżejjed biex isalvaw lit-tim mir-relegazzjoni.

Minkejja r-retroċessjoni tal-klabb, il-forma ta' Nwoko wasslet biex reġgħet attirat lit-tim minn Raħal il-Ġdid, Hibernians, għall-istaġun 2006–07; minn tlettax-il apparenza skorja gowl wieħed.

Il-kumplament tal-2007 qattgħu taħt self mat-tim ta' Marsaxlokk, fejn minkejja li ma sabx ix-xibka għall-ebda mill-ħdax-il apparenza li għamel, xorta kien parti mit-tim rebbieħ tal-kampjonat, fejn dan kien għalih l-ewwel titlu Malti.

Minkejja interess kbir min-naħa tat-tim taċ-Championship Ingliż Reading,[1] hu iffirma mat-tim Portugiż ta' Leixões, fejn id-debutt tiegħu kien immarkat b'gowl kontra l-ġganti ta' Benfica. Minkejja li kien plejer regulari fl-ewwel staġun tiegħu, fl-istaġun suċċessiv ma tantx sab post fost l-ewwel ħdax fejn lagħab biss sbatax-il minuta. Bi qbil unanimu, il-kuntratt li kellu ma Leixoes ġie mħassar, u minkejja li saħansitra kien ġie mħabbar li uffiċjalment kien ingħaqad mat-tim Ċiniż ta' Chengdu Blades,[2] Nwoko issieħeb mat-tim Brażiljan ta' Náutico.[3] Inqas minn xahar wara, fil-11 ta' April 2009, il-klabb xolja l-kuntratt mal-plejer.[4] Fis-sajf tal-2009, Nwoko irritorna ma' klabb Ewropew fejn ingħaqad mat-tim ta' Panthrakikos li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Griega, u iffirma kuntratt għal tliet snin.[5]

Remove ads

Internazzjonali

Nwoko ingħata l-ewwel sejħa mat-tim nazzjonali Malti fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 kontra l-Ungerija f'Budapest nhar it-13 ta' Ottubru 2007 u ġew daru kontra l-Moldova erbat ijiem wara. Hu kien disponibbli għat-tim nazzjonali wara li ngħata ċ-ċittadinanza Maltija f'Awwissu 2007.

Unuri

Klabb

Marsaxlokk

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads