Vadis Odjidja-Ofoe
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Vadis Odjidja-Ofoe (Gent, 21 ta' Frar 1989) huwa plejer tal-futbol Belġjan li jilgħab bħala midfilder mal-klabb Belġjan ta' Gent.
Remove ads
Karriera
Hu ngħaqad mat-tim lokali tiegħu KAA Gent fl-età ta' ħames snin. Huwa lagħab ukoll għal RSC Anderlecht. Odjidja-Ofoe kien parti mit-tim riżerv ta' Anderlecht li rebħu l-kampjonat tar-riżervi (2006–07). Fl-istaġun 2007–08, huwa ġie promoss għall-ewwel tim ta' Anderlecht. Fit-22 ta' Diċembru 2007, Vadis skorja l-ewwel gowl tiegħu fid-debutt sħiħ tiegħu għal Anderlecht f'logħba kontra RAEC Mons.
F'Jannar 2008, kien iffirma ma Hamburger SV.[1] Fid-9 ta' Jannar 2009, huwa telaq lil Hamburg u mar ma' Club Brugge KV bi prezz ta' 900.000 Ewro wara sena li għamel fil-Bundesliga.[2]
Remove ads
Internazzjonali
Odjidja kien imssejjaħ mat-tim tal-Belġju U23 għall-Olimpjadi tas-Sajf 2008. Huwa ħa sehem f'żewġ logħbiet; rebħa tal-fażi tal-grupp kontra l-ospiti Ċina u f'telfa ta' 4–1 fis-semi-finali kontra n-Niġerja.
F'Novembru 2010, huwa applika għal passaport Ganiż u ssuġġerixxa li huwa jista' jiġi interessat li jirrappreżenta lil Gana fil-futbol internazzjonali fil-futur.[3] Fis-17 ta' Novembru, huwa għamel id-debutt tiegħu għall-Belġju fi ħbiberija internazzjonali kontra r-Russja. Huwa daħal bħala sostitut minflok Eden Hazard fid-90 minuta.
Hu għamel it-tieni dehra tiegħu għall-Belġju f'logħba kwalifikanti tal-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Ażerbajġan f'Marzu 2011, għal darb'oħra ġie bħala sostitut fid-90 minuta, billi ssostitwixxa lil Steven Defour. Fit-tielet ħarġa internazzjonali tiegħu huwa ssostitwixxa lil Defour darb'oħra fit-63 minuta f'logħba tal-Belġju kontra l-Każakstan. Bħala riżultat ta' logħob ta' kwalifiki tal-Kampjonati Ewropej 2012, Odjidja m'għadux eliġibbli biex jilgħab għall-Gana.
Remove ads
Ħajja personali
Huwa għandhu nofs l-oriġini tiegħu mill-Gana,missieru mill-Gana u ommu minn Gent fil-Belġju. Hu jitkellem bl-Olandiż u Franċiż.
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads