Zamenis situla

From Wikipedia, the free encyclopedia

Zamenis situla
Remove ads

Is-serp tal-far jew kif inhu magħruf aħjar lifgħa (Zamenis situla), huwa speċi ta' serp kolubrid mhux velenuż endemiku għall-Ewropa, l-Asja Minuri, u l-Kawkasu.

Quick Facts Stat ta' konservazzjoni, Klassifikazzjoni xjentifika ...
Quick Facts Sinonimi ...
Remove ads

Firxa ġeografika

Z. situla tinstab fl-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Greċja, l-Italja, il-Maċedonja ta' Fuq, Malta, il-Montenegro, it-Turkija, l-Ukrajna, u possibbilment Ċipru.

Deskrizzjoni

Il-lifgħa hija griża jew kannella b'serje dorsali ta' tbajja trasversali ħamranin jew kannella, li għandhom truf suwed. Fuq kull naħa għandha sensiela ta' tikek suwed iżgħar, li jalternaw mat-tbajja dorsali. Hemm marka skura f'forma ta Y fuq in-naħa ta' wara tar-ras fejn tmiss mal-għonq, faxxa sewda f'forma ta' nofs tond minn għajn sa għajn madwar il-ħalq il-faxxa sewda minn wara l-għajnejn djagonalment sal-kantuniera tal-ħalq. Iż-żaqq hija bajda, b'kaxxi suwed żgħar, jew kważi kompletament sewda. L-qoxra tad-dahar hija lixxa u fiha bejn 25 jew 27 ringiela. L-adulti jistgħu jitwalu sa 90 ċentimetru (35 pulzir) fit-tul totali, b'denb ta' 16-il-ċentimeetru (6.3 pulżier).[1]

Remove ads

Ħabitat

Il-ħabitats naturali tal-lifgħa huma veġetazzjoni arbustiva tat-tip Mediterranju, mergħat, pjantaġġuni, u ġonna rurali.

Referenzi

Aktar qari

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads