From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-ġebla tal-ġir, magħrufa wkoll bħala ħaġra, hija blat imsawwar minn depożitu sedimentari u kompost kimikament fil-parti kbira mill-karbonat tal-kalċju (CaCO3) fil-forma ta' kalċit u aragonit.[1] Is-saffi tal-gżejjer Maltin jikkonsistu fil-parti kbira mill-ġebla tal-ġir.
Il-kelma ġebla tal-ġir mhix xjentifikament korretta u tista' tqarraq għaliex l-ġir mhux karbonat tal-kalċju iżda ossidu tal-kalċju (CaO; ħaġra maħruqa).[2] Ta' min jinnota wkoll li ħafna drabi l-kelma ġebla tal-franka tiġi użata biex tfisser ġebla tal-ġir minkejja li l-ġebla tal-franka hija biss tip wieħed tal-ġebla tal-ġir.[3]
Il-ġebla tal-ġir sikwit tikkonsisti minn ammonti differenti ta' siliċi (diossidu tas-siliċju) fil-forma ta' selċi (chert) jew żnied, kif ukoll ammonti differenti ta' tafal, frak tal-ġebel u ramel li jinsabu bħala firxa, f'forma ta' għoqod, jew bħala saffi bejn il-blat. Il-kalċit fil-ġebla tal-ġir jiġi primarjament mill-organiżmi tal-baħar.[4]
Dawn l-organiżmi jiffurmaw qxur ta' kalċit rqiq li jinġema' f'qiegħ il-baħar jew fuq xi sikka fejn biż-żmien tifforma sikka tal-qroll. Mod ieħor kif tiġi ffurmata l-ġebla tal-ġir huwa b'imluħa tal-kalċju maħlulin fl-ilma tax-xita. Pereżempju s-stalagmiti u s-stalagtiti jiffurmaw fl-għerien minn imluħa tal-kalċju maħlulin fl-ilma tax-xita.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.