From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Ħinduiżmu[1] tradizzjonalment imsejjaħ Sanātanadharma (devanāgarī सनातन धर्म, lett. "Liġi/Reliġjon Eterna"), hi waħda mir-reliġjonijiet ewlenin tad-dinja u fosthom għandha l-oriġini l-iżjed antika; għandha madwar biljun fidil, 828 miljun minnhom l-Indja.
Diffiċli li wieħed jagħti definizzjoni unitarja tal-Ħinduiżmu, billi mhuwiex reliġjon waħda fis-sens dejjaq, imma jista' jitqis bħala sensilea ta' kurrenti reliġjużi, devozzjonali u/jew metafiżiċi u/jew teoloġiko-spekulattivi, modi ta' mġiba, drawwiet ta' kuljum spiss eterogenji, li waqt li għandhom nukleu komuni ta' valuri u twemminijiet reliġjużi, huma differenti minn xulxin skont il-mod kif jinterpretaw it-tradizzjoni u l-letteratura reliġjuża, u skont liema aspett jikkonċentraw fuqu.[2].
Il-terminu Malti "Ħinduiżmu", ġej mit-terminu Ingliż Hinduism imxerred mill-Ingliżi fl-epoka moderna[3], magħmul biż-żieda tas-suffiss ism mal-għerq hindu. Dan l-aħħar terminu ħindu kienu jużawh it-Torok Misilmin mis-seklu 13 għal dawk li ma kinux tat-twemmin tagħhom[4] waqt li t-terminu Għarbi al-Ħind, jidher fit-testi Għarab biex ifisser il-poplu sħiħ tal-Indja[5].
It-terminu Ħindu, fil-bidu kien biss ġeografiku billi kien il-kelma antika Persjana użata, sa xi r-raba' seklu WK, biex tfisser ix-xmara Indus u r-reġjun tas-seba' affluwenti tagħha[6] u l-abitanti tiegħu.[7] Ix-xmara u r-reġjun min-naħa l-oħra kienu magħrufin min-nies tal-post bis-Sanskrit Vediku bħala Sapta Síndhu u Síndhu. Ir-reġjun fil-Lvant tax-xmara Indus sar l-Ħindustan u l-abitanti tiegħu saru jissejħu "Ħindu" mill-Persjani u, aktar tard, mill-Griegi[8] u mir-Rumani[9].
Matul il-kolonizzazzjoni Brittanika, it-terminu Hinduism kien jintuża għall-ġabra ta' fatti kulturali u reliġjużi li kien hemm fis-subkontinent Indjan u mbagħad ġie tradott fil-lingwi Ewropej prinċipali.
Wara l-Indjani stess bdew jużaw it-terminu maħluq mill-Ingliżi, hinduism biex jindikaw l-identità nazzjonali tagħhom stess b'kuntrast ma' dik tal-kolonizzaturi[10]. Però it-terminu ħindu kien diġà deher fis-seklu 16 fit-testi reliġjużi tal-Vixnuiżmu b'kuntrast mat-terminu javana (mislem)[11].
Imma wara kollox il-fidili Ħinduwin ma jsejħux il-fidi tagħhom "Ħinduiżmu", imma Sanātanadharma (Ordni, Norma, Reliġjon eterna) billi s-sisien tagħha mhumiex il-frott tal-esperjenza umana imma tar-rivelazzjoni divina, mill-istess Veda li deher fil-bidu taż-żmien lill-profeti msejħin Ṛṣi.
Jew isejħulha Varṇāśramadharma jew id-Dharma li tmexxi kull ħlejqa skont il- pożizzjoni tagħha (varṇa) billi tassenjalha doveri speċjali għaliha (āśrama) ta' ordni soċjali, reliġjuż u morali[12].
Il-"Ħinduiżmu" tradizzjonalment jissejjaħ Arjadharma, ir-Reliġjon tal-Arjani [13], u Vajdikadharma, ir-reliġjin tal-Veda[14].
It-terminu "Ħinduiżmu" inħoloq riċentement u tferrex mill-orjentalisti Punentin u mill-istudjużi Indjani mis-seklu 19 'l hawn. Mhux biss hekk, imma dan il-proċess affettwa n-natura tiegħu infisha:
"Importanti li wieħed jiftakar li l-formazzjoni tal-Ħinduiżmu kif nifhmuh illum, beda biss fis-seklu 19, meta it-terminu intuża mir-riformaturi Ħinduwin u mill-orjentalisti Punentin." | ||
—Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, p. 7 |
Min-naħa l-oħra it-terminu hu diffiċli li wieħed jiddefinih:
"It-terminu "Ħindu" jirreferi għal moltepliċità tant kbira ta' tradizzjonijiet u kunċetti li jirriżulta li hu diffiċli għall-aħħar li wieħed jagħti definizzjoni. [...] Il- problema tad-definizzjoni ġejja mill-fatt li l-Ħinduiżmu, bil-kontra ta' ħafna reliġjonijiet oħra, m'għandux fundatur wieħed storiku, m'għandux sistema unitarja ta' twemmin kodifikat jew stqarrija tal-fidi, m'għandux sistema soterjoloġika waħda u awtorità ċentrali jew struttura burokratika." | ||
—Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, p. 5 |
Stefano Piano jemmen li t-terminu "Ħinduiżmu" jista' jfisser:
B'din il-kelma nfissru mhux tant reliġjon imma aktarx kultura sħiħa, viżjoni tad-dinja u tal-ħajja, mod ta' mġiba, sensiela ta' drawwiet ta' kuljum li ntirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra għal millenji sħaħ b'tenaċità skrupluża fi ħdan ċiviltà estremament fidila għall-passat tagħha u li fiha jippredomina kunċett "reliġjuż" tal-bniedem u l-univers." | ||
—Stefano Piano. Op. cit., p. 374 |
Piano, jfakkarna f' Heinrich von Stietencron[26], u jisteddina nitkellmu pjuttost fuq "reliġjonijiet Ħinduwin" bħal vaiṣnava, śaiva o quella śākta.
F'dan ir-rigward Mario Piantelli jinnota li: "Barra minn hekk, dawn it-tiketti jiċħduhom l-intellettwali Indjani ta' formazzjoni mhux punentija, u speċjalment il-membri tal-ortodossija smārta, li ma jarawx mottivi validi biex jiżolaw għalihom dawk li sempliċement jqisu xi mumenti jew aspetti ftit jew wisq sinjikattivi f'realtà spiritwali komuni, fiha nfisha eterna u atemporali, imsejħa bl-isem ta' "Dharma perenni" (is-Sanātanadharma)" (Mario Piantelli in Hinduismo (ed. Giovanni Filoramo). Bari, Laterza, 2007, pag. 12)
Francesco Sferra, waqt li jfakkkar li d-definizzjoni ta' Ħinduiżmu: "tiġbor fiha, fir-realtà, kollezzjoni varjegata ta' reliġjonijiet u viżjonijiet tad-dinja li jistgħu jkunu kontradittorji" (Francesco Sferra. Hinduismo antico. Milano, Mondadori, 2010)
jikkonkludi li t-terminu Ħinduiżmu jista' mela jfisser "il-kultura Indjana sħiħa, li tesprimi ruħha qabel kollox fil-fedeltà lejn ordni soċjo-kulturali, lejn ġabra ta' normi, drawwiet u mġiba ta' oriġni antikissima li jistabilixxu fid-dettal kif wieħed jgħix u jifhem il-ħajja, kemm tal-individwu u kemm tas-soċjetà. U hu il-fatt li wieħed ikun imwieled f'kasta (jāti) Ħinduwija u qatt ma jikkonverti għal tradizzjoni li mhijiex Ħinduwija (Ġainiżmu, Buddiżmu, Iżlam, Kristjaneżmu eċċ.) li jagħmel persona Ħindija. Jekk strettament, wieħed jista' jkun hekk mingħajr ma neċessarjament isegwi triq reliġjuża, fl-ebda każ - almenu skont il-formulazzjoni l-iżjed komuni u ortodossa - ma jista'jsir Ħindu għax is-sħubija tiddependi qabel kollox minn fattur etniku. -appa Se a stretto rigore, si può essere tali senza necessariamente seguire un percorso religioso, in nessun caso - stando almeno alla più comune e ortodossa delle formulazioni - si può diventare hindū perché l'appartenenza all'hindūismo dipende innanzitutto da un fattore etnico." (Francesco Sferra. Op. cit.)
Dil-bażi etnika tidher ċara mill-fatt li fis-santwarji prinċipali tal-Ħinduiżmu, pereżempju fit-Tempju ta' Krixna f'Puri (Orissa) jew f'dak ta' Xiva f'Kathmandu in-Nepal,[27], santwarji li jappartienu għal darśana differenti, jistgħu jidħlu biss l-Indjani li jappartienu għal varna, tkun xi tkun it-twemmin reliġjuż tagħhom [28], u ma jistgħux jidħlu nies li mhumiex Indjani anki jekk ikun jipprofessaw fidi 'Ħinduwija'.
Minkejja li d-definizzjoni tiegħu mhux faċli, biex nifhmu t-terminu Ħindu f'kuntest ta' sinjifikat iħjed wiesgħa, iwissi Michel Delahoutre: "Mhux biżżejjed kif kienu jaħsbu darba b'mod faċli ħafna, inkunu nafu s-Sanskrit, lanqas nafdaw fit-tradizzjonijiet tal-Brahmin li flimkien jissejħu Brahmaniżmu. Issa huma meħtieġ l-għarfien tal-lingwi moderni u l-istudji soċjoloġiċi u etnoloġiċi, li jħarsu anki lejn il-fenomeni riċenti u attwali u l-kuntatt mal-Punent. Hemm bżonn nieħdu kont tal-fenomeni ta' adattament tal-Ħinduiżmu għall-ambjenti Punentin bid-dehra ta' setti ġodda, ta' guruwiet u swami ġodda." (Michel Delahoutre. Op. cit.)
Mela l-"Ħinduiżmu" mhux biss "invenzjoni"[29] tal-orjentalisti punentin[30] imma wkoll l-awtorappreżentazzjoni, moderna, ta' elementi diġà preżenti fil-passat Indjan: "Mill-punto di vista tiegħi l-"Ħinduiżmu" mhux biss, kif sostnew xi studjużi, kostruzzjoni mill-orjentalisti punentin, li ppruvaw jagħtu isem lil-pluralità ta' fenomeni reliġjużi li jinstabu fl-erja ġeografika vasta tal-Asja t'Isfel. Il-Ħinduiżmu hu wkoll il-manifestazzjoni tal-awtorappreżentazzjoni mill-Ħinduwin u t-trasformazione moderna ta' elementi diġà preżenti fl-imgħoddi." (Gavin Flood. L'induismo. Torino, Einaudi, 2006, pagg. 7-8)
Il-maġġoranza tal-istudjużi jqisu l-Vediżmu, ir-reliġjon tan nies Veda ppratikata mill- indoari, bħala l-bidu ta' dak li llum insejħulu "Ħinduiżm"[16]. Però, kif jindika Alf Hiltebeitel[17], hemm raġunijiet sodi li jġegħluna naħsbu li t-twemmin reliġjuż tal-popolazzjoni tal-Wied tal-Indus, hu element important biex nistabbilixxu l-għeruq tal-Ħinduiżmui [18].
L-istess Alf Hiltebeitel jaf, però, li hu diffiċli ħafna li tkun taf dan it-twemmin reliġjuż u l-għarfien jista' tkun biss konġetturali billa l-kitba u allura l-lingwa ma nafu xejn fuqhom (skont Hiltebeitel x'aktarx tal-familja dravidika ta' dik iċ-ċiviltà, ddokumentata fuq ħafna siġilli ta' steatite misjuba fis-siti arkeoloġiċi[19].
Il-Ħinduiżmu (सनातन धर्म; Sanatana Dharma, li tfisser Reliġjon Infinita/Liġi Eterna) huwa reliġjon antika, li għadha pprattikata minn miljuni ta' nies sallum. Din kienet l-ewwel reliġjon li kellha l-idea ta' reinkarnazzjoni (jiġifieri li n-nies jistgħu jitwieldu mill-ġdid wara li jmutu), karma (kawża u effett), u ideat oħra. Il-Ħinduiżmu huwa federazzjoni ta' numru ta' twemminijiet li evolvew fost in-nies li għexu fis-Sottokontinent Indjan. Hija taħlita komposta ta' twemminijiet. Grupp wieħed jaċċetta l-Varna, ieħor le; grupp wieħed jaċċetta l-Veda, ieħor le; grupp wieħed jaċċetta li hemm alla, ieħor jiċħad l-eżistenza ta' alla. Imma dawn kollha jissejħu Ħindu. Skont il-kostituzzjoni Indjana, id-definizzjoni ta' Ħindu huwa kulmin jgħix l-Indja u mhux Mislem jew Nisrani.
L-enerġija t'Alla hi Devi, l-Omm Divina. Għall-veneraturi ta' Vixnu (jew Vajxnavas) li jsegwu l-filosofija ta' Ramunġaċaraja, Devi hi Lakxmi, Omm Kulħadd, li taqbeż għall-umanità ma' Vixnu. Għall-veneraturi ta' Xiva (jew Xajvas), Devi hi Parvati. Għax-Xaktas, jiġifieri, il-veneraturi ta' Devi, Devi huwa l-forma personali ta' Alla biex jilħaq l-Assolut impersonali, Alla. Għalihom, Xiva hi personifikata bħala Alla mingħajr attributi.
Il-Ħinduiżmu jieħu ideat mill-Veda, mill-Upanishads, kif ukoll mit-tagħlim ta' ħafna guruwijiet Ħinduwin matul iż-żmien. Ħafna tipi differenti ta' filosofija ġejjin minn sitt skejjel Vediċi/Ħinduwin ewlenin. Setet Bhaktin u skejjel Tantriċi Agamiċi huma komuni ħafna fi ħdan l-Induiżmu.
"It-Triq Eterna" (bis-Sanskrit सनातन धर्म, Sanatana Dharma), jew il-"Filosofija/Armonija/Fidi ta' dejjem", huwa l-isem li dejjem irrappreżenta l-Ħinduiżmu għal eluf ta' snin. Skond il-Ħinduwin dan jesprimi l-idea li ċerti prinċipji spiritwali huma validi għal kull żmien, jaqbżu t-twemmin maħluq mill-bniedem, u jirrappreżentaw xjenza pura tal-konxju. Il-konxju mhuwiex biss dak tal-ġisem jew tal-moħħ, iżda tar-ruħ 'l fuq mill-moħħ u jeżisti fi ħdan u lil hinn mill-eżistenza tagħna, il-Jien pur ta' kulħadd. Ir-reliġjon għall-Indu huwa t-tfittxija għad-divin fil-Jien, it-tfittxija għall-verità Waħda li infatti qatt ma ntilfet. Skont dan it-twemmin, jekk xi ħadd ifittex il-verità, ikun min ikun, se jsibha. Dak kollu li jeżisti, mill-ħxejjex u l-annimali sal-bnedmin, hu suġġett u oġġett tad-Dharma Eterna. Din il-fidi ġewwenija, għalhekk, tissejjaħ ukoll Arja/Dharma Nobbli, Veda/Dharma tal-Għarfien, Joga/Dharma tal-Għaqda, Dharma Ħinduista jew, sempliċement, id-Dharma.
Dak li nistgħu ngħidu li hu komuni fost il-Ħinduwin hu twemmin fid-Dharma, reinkarnazzjoni, karma, u mokxa (ħelsien) ta' kull ruħ permezz ta' varjetà ta' joga morali, attiva u meditattiva. Hemm prinċipji li huma wkoll iżjed bażiċi, fosthom "ahimsa" (nuqqas ta' vjolenza), l-importanza tal-Guru, il-Kelma Divina ta' Aum u l-qawwa tal-mantra, l-imħabba tal-Verità f'ħafna manifestazzjonijiet bħala allat, il-fehim li x-xrara essenzjali tad-Divin (Atman/Brahman) tinsab f'kull bniedem, u hekk hemm ħafna toroq spiritwali li jwasslu għall-Verità Waħdanija.
Wieħed mill-eżempji tal-ispiritwalità Ħinduista fil-ħajja ta' kuljum huwa l-bindi, tikka li ħafna nisa Indu jkollom fuq ġbinhom. Din tista' tfisser ħafna affarijiet differenti. Għal xi wħud din tirrappreżenta "it-tielet għajn" li tgħin lin-nies jiksbu l-għarfien. Il-Ħinduwin kollha jaħsbu li hu importanti li wieħed jitgħallem permezz tal-meditazzjoni. Jaħsbu li din tagħtihom intwizzjoni lil hinn mill-moħħ u l-ġisem, xi ħaġa spiss assoċjati mal-alla Xiva. L-irġiel ukoll ġieli jqiegħdu marka msejħa Tilak fuq ġbinhom, is-soltu fil-festi reliġjużi. L-għamla tagħha tista' tfisser devozzjoni lejn ċertu alla prinċipali: l-għamla ta' 'U' tfisser lejn Vixnu, grupp ta' tliet linji lejn Xiva. Xi minn daqqiet jagħaqduhom flimkien biex ifissru Hari-Hara ( Vixnu-Xiva indissolubbli).
Il-Ħinduiżmu jgħid li s-suċċess jista' jinkiseb biss permezz bl-isforz.
Il-Ħinduiżmu jagħti mod partikolari ta' ħajja li Ħindu għandu jsegwi. Dan isir permezz ta' Jogi (prattiki spiritwali), prinċipalment dawn:
Il-mod kif wieħed jagħmel dan kollu hu deskritt fiż-żewġ testi ewlenin tal-Joga Induista: il-Ġita Bhagavad u l-Joga Sutra. L-Upanixad ukoll fihom testi importanti dwar il-joga.
Il-Ħinduiżmu jemmen fl-erba' għanijiet ewlenin tal-ħajja. Dawn huma Kama, Artha, Dharma u Mokxa. Il-Ħinduwin jgħidu li l-bnedmin kollha jfittxu 'l Kama (pjaċir, fiżiku jew emozzjonali) u Artha (qawwa , fama u l-ġid ), iżda mal-maturità malajr jitgħallmu jrażżnu dawn ix-xewqat leġittimi fi ħdan il-qafas pragmatiku ogħla, ta' Dharma, jew armonija morali f'kollox.
Fl-Induiżmu, il-ħajja ta' bniedem maqsuma f'erba' stadji. Kull wieħed minn dawn l-istadji hu msejjaħ Axrama. L-erba' stadji huma:
Il-festi tal-Ħinduwin (Sanskrit: Utsava; letteralment "tgħolli 'l fuq") huma meqjusa bħala ritwali simboliċi li jinsġu b'mod sabiħ il-ħajja individwali u soċjali f'dharma. L-Ħinduiżmu għandu ħafna festi matul is-sena. Il-kalendarju Ħindu s-soltu jiffissa d-dati.
Il-festi tipiċi jiċċelebraw ġrajjiet mill-mitoloġija Ħinduwija u spiss jaqblu mal-bidliet tal-istaġuni. Hemm festi li huma primarjament iċċelebrati minn ċerti setti jew f'ċerti reġjuni tas-sottokontinent Indjan.
Fost il-festi Ħinduwin osservati f'ħafna reġjuni insibu:
|
|
|
Skond l-Induisti alla hu wieħed li ma jistax jigi deskritt (spjegazzjoni ghala hawn hafna tipi ta’ allat Indu). Hu ħalaq kollox u għalekk hu jissejjaħ Brahman-l-assolut. Fost il-ħafna allat meqjuma insibu lill Brahma-il-kreatur, Vishnu – li jaghti l-ħajja u Shiva-li se jkisser l-univers.
Il-ħsieb ewlieni tal-għajxien Induist hu li wieħed jeħles miċ-ċiklu tar-rinkarnazzjoni, jiġifieri li wara l-mewt terġa titwieled mill-ġdid, u għalhekk min jirnexxielu jeħles mir-rabta ta' materjali f'din id-dinja ikun kiseb il-moksha. Dan isir billi il-bniedem jikseb għarfien profond, u paci u armonija tal-qalb.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.