disinjatriċi tal-moda Indjana From Wikipedia, the free encyclopedia
Akshata Narayan Murthy (twieldet f'April 1980)[1][2], spellut ukoll Murty, hija werrieta, negozjanta, disinjatriċi tal-moda u kapitalista tal-fondi ta' riskju Indjana bbażata fir-Renju Unit. Hija miżżewġa lill-Prim Ministru Brittaniku u l-mexxej tal-Partit tal-Konservattivi Rishi Sunak. Murty u Sunak flimkien jikklassifikaw fil-222 post fost l-iżjed persuni sinjuri fir-Renju Unit, b'ġid ikkombinat ta' £730 miljun fl-2022.[3] Il-ġid personali tagħha nxteħet taħt il-lenti mill-mezzi tax-xandir Brittaniċi fid-dawl tal-istatus tagħha ta' persuna mhux domiċiljata fir-Renju Unit.[4]
Akshata Murthy | |||||
---|---|---|---|---|---|
| |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Hubli, April 1980 (44 sena) | ||||
Nazzjonalità | Indja | ||||
Familja | |||||
Missier | N. R. Narayana Murthy | ||||
Omm | Sudha Murthy | ||||
Konjuga/i | Rishi Sunak (30 Awwissu 2009 - | ||||
Aħwa | |||||
Familja |
uri
| ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater |
Baldwin Girls High School (en) 1998) Fashion Institute of Design & Merchandising (en) Claremont McKenna College (en) (1998 - 2002) : ekonomija, Franċiż Università ta' Stanford (2004 - 2006) Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju | ||||
Livell tal-edukazzjoni | Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju | ||||
Lingwi |
Franċiż Ingliż Ħindi Kanariż | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni |
disinjatur tal-moda maniġers | ||||
Impjegaturi |
Infosys (en) Jamie Oliver (en) Wendy's (en) |
Murty hija bint N. R. Narayana Murthy, wieħed mill-fundaturi tal-kumpanija tat-teknoloġija informatika multinazzjonali Indjana Infosys, u Sudha Murty. Għandha sehem ta' 0.93 % f'Infosys, u b'hekk hija waħda mill-iżjed nisa sinjuri fir-Renju Unit. Barra minn hekk, għandha ishma wkoll f'diversi negozji oħra fir-Renju Unit.[5][6][7] Hija direttur ta' Digme Fitness, u tal-kumpanija tat-trasformazzjoni diġitali Soroco li ħuha Rohan Murty kostabbilixxa.[8]
Murty twieldet f'Hubli, l-Indja u trabbiet min-nanniet tan-naħa ta' missierha, peress li missierha N. R. Narayana Murthy u ommha Sudha Murty kienu impenjati jaħdmu biex ivaraw il-kumpanija tat-teknoloġija tagħhom, Infosys.[9] Ommha kienet l-ewwel inġinier mara li ħadmet għall-ikbar produttur tal-karozzi tal-Indja dak iż-żmien, u issa hija filantropa.[10]
Imqabbla magħha, Murty kellha trobbija pjuttost sempliċi u ta' klassi medja f'Jayanagar, subborg ta' Bengaluru, "mingħajr festini għal għeluq sninha jew wisq flus f'idejha" sabiex titgħallem il-valuri tal-familja.[11]
Murty attendiet l-Iskola tal-Edukazzjoni Għolja tal-Bniet ta' Baldwin, f'Bengaluru, u iktar 'il quddiem studjat l-ekonomija u l-Franċiż fil-Kulleġġ ta' Claremont McKenna f'California, l-Istati Uniti; għandha diploma fil-manifattura tal-ħwejjeġ mill-Istitut tad-Disinn u tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Moda, u Masters fl-Amministrazzjoni tan-Negozju mill-Università ta' Stanford.[2]
Għandha ħuha wieħed, Rohan Murty.[12]
Fl-2007, Murty issieħbet mad-ditta teknoloġika Olandiża Tendris bħala d-direttur tal-kummerċjalizzazzjoni, fejn ħadmet għal sentejn, qabel ma telqet biex tibda d-ditta tal-moda tagħha stess. Id-ditta tal-moda tagħha għalqet fl-2012. Fl-2013 saret id-direttur tal-fond ta' kapital ta' riskju Catamaran Ventures. Flimkien mar-raġel tagħha Rishi Sunak, hija l-kofundatur tal-fergħa ta' Londra tad-ditta Indjana ta' missierha, N. R. Narayana Murthy.[13] Sunak ittrasferixxa l-ishma tiegħu lilha ftit qabel ġie elett bħala Membru Parlamentari tal-Konservattivi għal Richmond fl-2015.[14] Mill-2015, kellha sehem ta' bejn 0.91 % u 0.93 % tad-ditta tat-teknoloġija ta' missierha Infosys, stmata b'valur ta' madwar £700 miljun f'April 2022, u għandha ishma fi tnejn minn negozji tar-ristoranti ta' Jamie Oliver, f'Wendy's fl-Indja, f'Koro Kids u f'Digme Fitness. She is a director of Digme Fitness u l-fergħa sussidjarja tar-Renju Unit ta' Soroco, negozju tat-teknoloġija informatika li stabbiliet flimkien ma' ħuha, Rohan Murty.[8]
Murty hija ċittadina Indjana. F'Awwissu 2009 Murty iżżewġet lil Rishi Sunak, wara li kienet iltaqgħet miegħu fl-Università ta' Stanford.[15] Għandhom żewġt itfal bniet, Anoushka u Krishna. Huma s-sidien ta' Kirby Sigston Manor, villa fil-villaġġ ta' Kirby Sigston, fit-Tramuntana ta' Yorkshire, kif ukoll dar f'Earl's Court fiċ-ċentru ta' Londra, appartament f'Old Brompton Road, fin-Nofsinhar ta' Kensington, u penthouse f'Ocean Avenue f'Santa Monica, California.[16][17][18][19][20] F'April 2022, ġie rrappurtat li Sunak u Murty kienu marru jgħixu f'dar ġdida fjamanta fil-Punent ta' Londra.[21][22]
F'April 2022 ġie rrappurtat ukoll li hi resident mhux domiċiljat fir-Renju Unit, u b'hekk hija intitolata li ma tħallas l-ebda taxxa fuq l-introjtu tagħha 'l barra mir-Renju Unit, u soġġetta għal pagament annwali ta' £30,000. Murty ħabbret li kienet se żżomm l-istatus ta' mhux domiċiljata iżda li kienet se tħallas it-taxxi fir-Renju Unit fuq l-introjtu dinji tagħha b'mod volontarju.[23][24]
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.