![cover image](https://wikiwandv2-19431.kxcdn.com/_next/image?url=https://upload.wikimedia.org/wikipedia/commons/thumb/d/d4/Mario_Draghi_EP_2022_%2528cropped%2529.jpg/640px-Mario_Draghi_EP_2022_%2528cropped%2529.jpg&w=640&q=50)
Mario Draghi
ekonomista u bankier Taljan; Prim Ministru tal-Italja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Mario Draghi (bit-Taljan: [ˈmaːrjo ˈdraːɡi]; twieled fit-3 ta' Settembru 1947) huwa ekonomista, bankier, akkademiku, impjegat taċ-ċivil, u politiku Taljan li ilu Prim Ministru tal-Italja mit-13 ta' Frar 2021.[1][2] Preċedentement kien il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mill-2011 sal-2019. Draghi kien ukoll President tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja mill-2009 sal-2011 u Gvernatur tal-Bank tal-Italja mill-2006 sal-2011.[3]
Mario Draghi | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
![]() | |||||||
13 Frar 2021 - 22 Ottubru 2022
1 Novembru 2011 - 31 Ottubru 2019 ← Jean-Claude Trichet - Christine Lagarde →
16 Jannar 2006 - 31 Ottubru 2011 ← Antonio Fazio - Ignazio Visco → | |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Ruma, 3 Settembru 1947 (76 sena) | ||||||
Nazzjonalità | Italja | ||||||
L-ewwel lingwa | Taljan | ||||||
Familja | |||||||
Ulied |
uri
| ||||||
Aħwa |
uri
| ||||||
Edukazzjoni | |||||||
Alma mater |
Liceo Classico Massimiliano Massimo (en) ![]() La Sapienza (unknown value - 1970) Massachusetts Institute of Technology (en) ![]() (unknown value - 1977) PhD fil-filosofija | ||||||
Livell tal-edukazzjoni | Dottorat fix-Xjenza Ekonomika | ||||||
Direttur tat-teżi | Franco Modigliani | ||||||
Lingwi |
Taljan Ingliż | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
ekonomista bankier għalliem fl-università politiku | ||||||
Post tax-xogħol |
Trento Firenze Padova Torino Cambridge Belt ta' New York Ruma | ||||||
Impjegaturi |
Università ta’ Trento Università ta’ Padova World Bank (en) ![]() John F. Kennedy School of Government (en) ![]() Università ta’ Torino Università ta' Firenze (1981 - 1994) Goldman Sachs (2002 - 2005) | ||||||
Premjijiet |
List
| ||||||
Influwenzat minn | San Injazju ta' Loyola | ||||||
Sħubija |
Grupp tat-Tletin Pontifical Academy of Social Sciences (en) ![]() |
Wara karriera twila bħala ekonomista akkademiku fl-Italja, Draghi ħadem għall-Bank Dinji f'Washington D.C., l-Istati Uniti, tul is-snin 80 tas-seklu 20, u fl-1991 reġa' lura Ruma biex isir id-Direttur Ġenerali tat-Teżor Taljan. Huwa telaq minn dik il-kariga wara deċennju biex jissieħeb ma' Goldman Sachs, fejn baqa' jaħdem sal-ħatra tiegħu bħala Gvernatur tal-Bank tal-Italja fl-2006. Il-mandat tiegħu bħala Gvernatur inzerta fil-perjodu tar-Reċessjoni l-Kbira tal-2008, u f'nofs il-kriżi finanzjarja ntgħażel biex isir l-ewwel President tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, l-entità li ħadet post il-Forum għall-Istabbiltà Finanzjarja u li kellha l-għan li tistabbilixxi standards globali.
Huwa telaq dawk il-karigi wara li ġie nnominat mill-Kunsill Ewropew fl-2011 biex jaqdi r-rwol ta' President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). Huwa ppresieda fl-istituzzjoni matul il-kriżi taż-żona tal-ewro, u sar famuż fl-Ewropa kollha talli qal li lest jagħmel ħiltu "akkost ta' kollox" biex il-proġett tal-ewro ma jfallix.[4] Fl-2014, Draghi ġie elenkat mir-rivista Forbes bħala t-tmien l-iktar persuna setgħana fid-dinja. Fl-2015, ir-rivista Fortune kklassifikatu bħala "t-tieni l-ikbar mexxej" dinji.[5] Fl-2019, Paul Krugman iddeskrivieh bħala "l-ikbar bankier ċentrali taż-żminijiet moderni".[6] Barra minn hekk, bis-saħħa tal-politiki monetarji tiegħu, huwa jitqies minn bosta bħala "s-salvatur tal-ewro" matul il-kriża Ewropea tad-dejn.[7][8][9][10] Huwa ngħata l-laqam ta' Super Mario minn xi mezzi tax-xandir, u l-laqam ġie popolarizzat tul il-kariga tiegħu bħala President tal-Bank Ċentrali Ewropew, meta ġie akkreditat minn bosta sorsi li kellu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-kriżi taż-żona tal-ewro.[11][12]
Wara l-mandat ta' Draghi bħala President tal-BĊE ntemm fl-2019, huwa inizjalment reġa' lura għall-ħajja privata tiegħu. Fit-3 ta' Frar 2021, f’nofs il-pandemija tal-COVID-19, Draghi ġie mistieden mill-President tar-Repubblika Taljan Sergio Mattarella biex jifforma gvern ta’ għaqda nazzjonali, wara r-riżenja ta' Giuseppe Conte.[13][14][15] Wara negozjati ta' suċċess mal-partiti Taljani, fosthom il-Lega, il-Moviment tal-Ħames Stilel, il-Partit Demokratiku u Forza Italia, Draghi ħa l-ġurament biex isir Prim Ministru fit-13 ta' Frar 2021, u wiegħed li jissorvelja l-implimentazzjoni effettiva tal-istimolu ekonomiku meħtieġ fil-kriżi tal-COVID-19.[16]