Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2014
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2014 se tkun l-għoxrin edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, avveniment dinji tal-futbol li jsir kull erba' snin. Huwa skedat li din il-kompetizzjoni ssir bejn it-12 ta' Ġunju u t-13 ta' Lulju 2014 fil-Brażil. Din se tkun it-tieni darba li dan il-pajjiż se jkun qed jospita din il-kompetizzjoni, bl-ewwel darba tkun fl-1950. Il-Brażil ġie magħżul mill-FIFA bħala l-pajjiż ospitu fl-2007, b'dan il-kampjonat isir għall-ewwel darba fl-Amerika t'Isfel mill-edizzjoni tal-1978 fl-Arġentina, u l-ħames darba f'dan il-kontinent.
Copa do Mundo da FIFA Brasil 2014 | |
---|---|
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti | Brażil |
Dati | 12 ta' Ġunju – 13 ta' Lulju |
Parteċipanti | 32 (minn 5 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 12 (f'12-il belt ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Ġermanja |
It-Tieni post | Arġentina |
It-Tielet post | Netherlands |
Ir-Raba' post | Brażil |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 64 |
Gowls skorjati | 171 (2.67 kull logħba) |
Attendenza | 3,429,873 (53,592 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) |
James Rodríguez (6 gowls) |
L-aqwa plejer | Lionel Messi |
L-aqwa gowler | Manuel Neuer[1] |
← 2010 2018 → |
Total ta' 31 pajjiż għaddew mill-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Ġunju tal-2011 biex flimkien mal-Brażil se jingħaqdu għall-fażi finali. Il-kampjonat se jinkludi 64 logħba li se jintlagħbu fi tnax-il belt fi grawnds uħud ġodda oħrajn żviluppati mill-ġdid.