Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 kienet id-dsatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Ġie skedat li jkun bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010 fl-Afrika t'Isfel. Din kienet l-ewwel darba li l-kampjonat ġie ospitat minn pajjiż Afrikan, wara li l-Afrika t'Isfel għelbet fl-isfida finali lill-"kuġini" tagħha Afrikani tal-Eġittu u l-Marokk sabiex jospitaw l-edizzjoni. Dan wassal biex il-konfederazzjoni Oċeanika tal-futbol tkun l-unika konfederazzjoni li għadha ma żammitx edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
---|---|
Pajjiż ospitanti | Afrika t'Isfel |
Dati | 11 ta' Ġunju – 11 ta' Lulju |
Parteċipanti | 32 (minn 6 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 10 (f'9 ibliet ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Spanja |
It-Tieni post | Netherlands |
It-Tielet post | Ġermanja |
Ir-Raba' post | Urugwaj |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 64 |
Gowls skorjati | 145 (2.27 kull logħba) |
Attendenza | 3,178,856 (49,670 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) |
Thomas Müller David Villa Wesley Sneijder Diego Forlán (5 gowls) |
L-aqwa plejer | Diego Forlán |
L-aqwa gowler | Iker Casillas |
← 2006 2014 → |
Tnejn u tletin tim ġew magħżula sabiex jipparteċipaw meta kkwalifikaw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2007. Fl-ewwel rawnd it-timijiet ikkompetew flimkien fi gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed, bl-aqwa żewġ timijiet jaqtgħu l-passaġġ għall-fażi suċċessiva. Is-sittax-il tim javvanzaw għall-fażi eliminatorja li tinkludi tliet rawnd li fl-aħħar jiddeterminaw l-aħħar żewġ timijiet li jikkontestaw il-finali.
Spanja rebħu dan it-turnew, fejn fil-finali, iċ-ċampjins Ewropej għelbu lit-tim Olandiż fil-ħin barrani bl-iskor ta' 1–0, gowl li wasal minn Andrés Iniesta. Dan kien l-ewwel titlu mondjali għat-tim Spanjol. L-Italja kienet qed tiddefendi t-titlu li kisbet fl-edizzjoni preċedenti, iżda falliet hekk kif inqalgħet fil-fażi eliminatorja.