Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżvizzera
From Wikipedia, the free encyclopedia
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżvizzera jirrappreżenta lill-Iżvizzera fil-futbol internazzjonali. It-tim hu kkontrollat mis-Swiss Football Association.
Psewdonimu |
A-Team Nati Rossocrociati | ||
---|---|---|---|
Assoċjazzjoni | Schweizerischer Fussballverband | ||
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
Kowċ | Murat Yakin | ||
Kaptan | Granit Xhaka | ||
Rekord ta' preżenzi | Heinz Hermann (118)[1] | ||
Rekord ta' gowls | Alexander Frei (42) | ||
Kodiċi tal-FIFA | SUI | ||
| |||
Klassifika tal-FIFA | |||
Pożizzjoni attwali | 16 (Awwissu 2022) | ||
L-ogħla | 3 (Awwissu 1993) | ||
L-inqas | 83 (Diċembru 1998) | ||
L-ewwel logħba | |||
Franza 1–0 Żvizzera (Pariġi, Franza; 12 ta' Frar 1905) | |||
L-ikbar rebħa | |||
Żvizzera 9–0 Litwanja (Pariġi, Franza; 25 ta' Mejju 1924) | |||
L-ikbar telfa | |||
Żvizzera 0–9 Ingilterra (Bażel, Żvizzera; 20 ta' Mejju 1909) Ungerija 9–0 Żvizzera (Budapest, Ungerija; 29 ta' Ottubru 1911) | |||
Tazza tad-Dinja | |||
Preżenzi | 11 (l-ewwel fl-1934) | ||
L-aqwa riżultat | Kwarti tal-finali (1934, 1938, 1954) | ||
Kampjonati Ewropej | |||
Preżenzi | 5 (l-ewwel fl-1996) | ||
L-aqwa riżultat | Kwarti tal-finali (2020) |
L-aqwa prestazzjoni tagħha fit-Tazza tad-Dinja kienu meta laħqu l-kwarti tal-finali tliet darbiet, fl-1934, fl-1938 u meta l-pajjiż ospita l-edizzjoni tal-1954. L-Iżvizzera rebħet ukoll midalja tal-fidda fl-Olimpjadi tal-1924. Fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2006, l-Iżvizzera wettqet rekord fit-Tazza tad-Dinja meta allavolja ġiet eliminata mill-kompetizzjoni, huma ma sofrew l-ebda gowl fl-erba' partiti li lagħbu. L-Iżvizzera sfaw eliminati wara l-għoti tal-penalties mill-Ukrajna, bit-tim Żvizzeru ma jiskorja l-ebda penalty — l-ewwel tim fl-istorja tal-kompetizzjoni li għamel dan. Ir-riġidità fid-difiża kompliet sal-edizzjoni suċċessiva tal-2010, fejn kien fl-74 minuta tat-tieni konfront mill-fażi tal-gruppi kontra ċ-Ċili li fl-aħħar laqqtu gowl. B'hekk wettqu rekord ta' minuti mingħajr ma jsofru gowl.