Ħ'Attard

From Wikipedia, the free encyclopedia

Ħ'Attard
Remove ads

Ħ'Attard hu raħal fiċ-ċentru ta' Malta, b'popolazzjoni ta' madwar 12,000 ruħ.[1] Flimkien ma' Ħal Balzan u Ħal Lija, jifforma parti mit-"Tliet Villaġġi". Ħ'Attard sar parroċċa fl-1575 u l-patruna tiegħu hija Santa Marija.[2] Ħ'Attard huwa raħal arjuż ħafna u jista' jitqies bħala sabiħ, l-aktar li llum fih inbnew bosta djar kbar u vilel ta' min jitgħaxxaq bihom. Il-postijiet ta' ċerta importanza li hemm fih huma l-Palazz ta' Sant'Anton u l-ġonna tiegħu, l-Istadju Nazzjonali kif ukoll il-Park Nazzjonali, u l-Villaġġ tal-Artiġjanat f' Ta' Qali. Ħ'Attard huwa msemmi għall-ward u l-fjuri li jkabbar, kif tixhed il-motto tiegħu: "Florigera rosis halo" ("Infewwaħ l-arja bil-fjur tiegħi").[3] L-abitanti ta' Ħ'Attard huma magħrufa bħala 'saraċini'.

Quick Facts Amministrazzjoni, Ismijiet oriġinali ...
Remove ads

Żoni f'Ħ'Attard

  • Misraħ Kola
  • Ħal-Warda
  • Ta' Qali
    • Robbu Tal-Ħemsija
    • Ta' Ħemsija
    • Ta' Qali Crafts Village
    • Ta' Sagħat
    • Ta' Vnezja
    • Tal-Madliena
    • Tal-Madonna
    • Tal-Maltija
  • Ta' Qassati
  • Il-Ħotob
  • Il-Ħofor
  • Santa Katerina
  • Ta' Fġieni
  • Ta' l-Idward
  • Ta' Srina
  • Ta' Vestru
  • Tal-Fuklar
  • Tal-Karri
  • Tal-Mirakli
  • Wied il-Ħemsija
  • Wied Inċita
  • Wied is-Sewda

Toroq Prinċipali f'Ħ'Attard

  • Triq Ħaż-Żebbuġ
  • Triq il-Linja
  • Triq il-Mosta
  • Triq il-Pitkali
  • Triq il-Prinjola
  • Triq in-Nutar Zarb
  • Triq iz-Żagħfran
  • Triq l-Imdina
  • Triq Sant'Antnin
  • Triq Santa Katarina
  • Triq Victor Vassallo
  • Vjal De Paule

Innu ta' Ħ'Attard

Isma l'innu

Ġonna li jfewħu biż-żahar tal-larinġ,

djar fl-isqaqien dellija,

ġawhra ta' tempju, dehra ta' ġmiel,

il-kenn t'Omm għal dawk li bkew.

Dak li writna tul is-snin

ngħaddu 'l ta' warajna,

xhieda ħajja tal-ġrajjiet

li taw l-ogħla ġieh lil artna.

Bnadar iperpru mal-arbli għoljin,

twieqi għad-dawl miftuħa,

qniepen ferrieħa, kant taż-żerniq,

u l-ħolm sabiħ taż-żmien li ġej.

Dak li writna tul is-snin

ngħaddu 'l ta' warajna,

xhieda ħajja tal-ġrajjiet

li taw l-ogħla ġieh lil artna.

Popolazzjoni

Thumb
Dar tipika ġo Ħ'Attard

Meta Ħ'Attard infired minn Birkirkara fl-1575 u sar parroċċa għalih bi knisja indipendenti, kien hemm madwar 665 abitant joqgħodu f'165 dar.[4] Ħ'Attard kellu miegħu ukoll żewġt irħula oħra, Ħal Bordi li kellu 18-il dar u 92 ruħ u Ħal Mann li kellu bejn wieħed u ieħor l-istess għadd ta' djar u 66 ruħ. Dawn iż-żewġt irħula ma damux ma ngħaqdu ma' Ħal Lija minħabba li r-residenti xtaqu li ma jibqgħux parti minn Ħ'Attard,[5] u għalhekk il-villaġġ reġa' sab ruħu waħdu flimkien mar-raħal ċkejken ta' Ħal Warda.

Fl-1646 Ħ'Attard laħaq mal-200 dar. Fl-1655 insibu li kien fih 260 dar u 1,240 ruħ. Fl-1667 kellu 1,210 abitant u 257 dar. Iżda hawn il-popolazzjoni naqset minħabba l-pesta li laqtet lill-Ħ'Attard l-aktar fl-1676. Din qatlet 104 persuna minn madwar 1,000 abitant.[6] Fl-1760 il-popolazzjoni naqset għal 870 ruħ. Fl-1829 kellha 967 ruħ u 191 dar, u fl-1851, telgħet għal 998 ruħ. Fl-1865 kien fiha 1,239 ruħ u fis-sena 1890 reġgħet telgħet għal 1,610 abitant u 240 dar. Fl-1901, il-popolazzjoni laħqet 1,837 abitant, u minn hemm baqgħet tikber għal 2,052 abitant fl-1911 u 2,058 abitant fl-1921.

Fil-bidu tas-seklu 19, il-popolazzjoni ta' Ħ'Attard imxiet proporzjonali mal-popolazzjoni ġenerali ta' Malta sa madwar is-sena 1970. Minn hemm, il-popolazzjoni bdiet tiżdied ħafna fi żmien qasir. Fis-sena 1985, il-popolazzjoni ta' Ħ'Attard kważi irdupjat minn 2874 ruħ għal 5681 ruħ f'temp ta' sena.[6] Fl-antik bosta nies kienu jfittxuh fis-sajf biex iqattgħu fih il-btajjel tagħhom fil-vilel għonja u djar sbieħ, iżda llum għażluh sabiex ikun ir-residenza permanenti tagħhom.

Remove ads

Etimoloġija

Ħ'Attard huwa l-uniku raħal f'Malta li ismu jingħad li hu ġej minn isem jew kunjom xi ħadd li forsi seta' kien l-ewwel wieħed li għammar fih jew inkella li kellu xi laqam.

Biex Ħ'Attard iġib dan l-isem kien xi ħadd li bdihulu. Hawn min jgħid illi Ħ'Attard seta' nħoloq minn tempju ta' Astart li kellu seta' kien f'dawk l-inħawi. Minn Astart jieħdok għal Attar u mbagħad Attar(d). L-arkeoloġiċi ma jistgħux jiżguraw li f'dawk l-inħawi ma kienx hemm tempju. Ġieli ġara li xi ħaddiema, waqt li kienu qed iħaffru għas-sisien jew jgħaddu xi kanen, sabu xi oqbra jew fdalijiet f'imkejjen li ħadd ma kien jistenniehom.

Teorija oħra ta' minn fejn ġej l-isem 'Attard' huwa minn 'Attar' (عطار), li tfisser dak li jbigħ il-fwieħa.[7] Hemm min jgħid ukoll li hu ġej mir-raħal ta' 'Atti' f'Bologna.

Remove ads

Knejjes u Kappelli

Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija

Thumb
Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħ'Attard

Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħ'Attard kienet minn żmien bikri mgħaqqda mal-Matriċi ta' Birkirkara. Fil-bidu din il-knisja kienet immexxija minn għaqda ta' nies sekulari, maħtura mill-Isqof Domenico Cubelles li dan kien ħalla lil din l-għaqda li mhux talli fil-festi jiċċelebraw il-quddies hawn; iżda wkoll li jidfnu l-mejtin fiha, u din ġiet ikkonfermata bil-Bolla Appostolika tal-15 t'Ottubru, fl-1551.

Il-Monsinjur Pietro Dusina waqaf f'Ħ'Attard meta kien għaddej bejn l-Imdina u l-Belt, u hemm l-abitanti talbuh biex il-knisja ewlenija tagħhom tiġi maħtura parroċċa minħabba li għal Birkirkara kien hemm bogħod kważi żewġ mili.[6] L-imsemmi Viżitatur Appostoliku fis-26 ta' Marzu,1575 fired il-knisja ta' Ħ'Attard mill-matriċi tagħha u għamilha parroċċa għaliha u magħha daħħal iż-żewġt irħula ta' madwarha, Ħal Bordi u Ħal Mann. Il-knisja li hemm illum ġiet mibnija fl-1613, u kienet opra tal-kappillan Dun Stiefnu Buttiġieġ. Il-perit kien Tumas Dingli mill-istess raħal. Dingli kien ispirat mill-faċċata tal-knisja ta' Sant'Andrija f'Mantua, fl-Italja, li ukoll tinkorpora tliet niċeċ fuq iż-żewġ naħat tal-faċċata. Il-faċċata tal-Knisja Parrokkjali ta' Birkirkara hija wkoll ibbażata fuq din il-knisja.[8] Il-kampnar ġie miżjud fl-1718, li jikkonsisti minn arloġġ magħmul mill-arluġġar Michelangelo Sapiano fl-1872.[9][10] Is-sagristija li qiegħda fil-lemin ġiet mibnija fl-1740, filwaqt li l-oħra ttellgħet fl-1856.[10] L-istatwi ta' ġon-niċeċ huma magħmulin mill-iskultur Francesco Saverio Sciortino fl-1945.[10] Il-kappillan ta' Ħ'Attard huwa Dun Joseph Grech.[9]

Kappella ta' Sant'Anna

Il-kappella ta' Sant'Anna tinsab ġo sqaq li tidħol għaliha minn Triq San Duminku. Fil-pesta ta' bejn l-1675 u l-1676, madwar 104 persuna minn Ħ'Attard inqatlu. Qabel dan, fejn issa tinsab il-Kappella ta' Sant'Anna, kien hemm kappella żgħira ddedikata lil San Nikola ta' Bari, imma din ġiet dikonsakrata minħabba l-istat li kienet qiegħda fiha. Minflokha, in-nies ta' Ħ'Attard bnew kappella ddedikata lil Santu Rokku bejn l-1677 u l-1680 u difnu 'l dawk li kienu mietu bil-pesta.[11]

Il-qasam tal-MUSEUM ta' Ħ'Attard l-ewwel uża din il-kappella ftit snin wara li sar il-qasam, u li kien tahom il-kappillan ta' dak iż-żmien. Hemmhekk damu għal madwar sena. Huma mxew għal 38, Triq il-Kbira, fejn damu sal-1974. F'dan iż-żmien, beda jinħass il-bżonn ta' post akbar, allura beda jsir ix-xogħol fuq il-kappella. L-ewwel ġebla tqiegħdet fit-13 ta' Settembru 1970, u ġiet imbierka mill-Kappillan Ġużeppi Dalmas. Fil-bidu, kien hemm intopp, għaliex xi nies kienu talbu li tinbena triq eżatt wara s-sagristija tal-kappella, li kieku nbniet, kienet taqsam il-MUSEUM f'żewġ partijiet, iżda bl-interċessjoni tal-Kappillan, din ma saritx. Il-membri tal-MUSEUM imxew lura għall-kappella fl-1974, fejn għadhom sal-lum.[12]

Remove ads

Palazz ta' Sant'Anton

Artiklu prinċipali: Palazz ta' Sant'Anton
Thumb
Il-funtana fiċ-ċentru tal-ġonna ta' Sant'Anton

Dan il-palazz maestuż, li llum iservi bħala r-residenza tal-President ta' Malta, ġie mibni madwar l-1620 mill-Gran Mastru Antoine de Paule li kien joqgħod fih qabel ma ġie maħtur Gran Mastru. L-istoriku Pietru Pawl Castagna jgħid li l-palazz sar madwar l-1625, jiġifieri sentejn wara t-tlugħ ta' De Paule bħala Gran Mastru. Calleja jgħid li nbena fl-1635. Fil-bidu tiegħu, dan il-palazz kien iżgħar milli hu llum għax kien inbena bħala villa, iżda meta sar Gran Mastru, de Paule kabbru għal palazz.[13] Il-palazz jieħu ismu minn Sant'Antnin ta' Padova, il-patrun tal-Gran Mastru de Paule. Fl-1798, fir-rewwixta kontra l-Franċiżi, il-palazz kien il-bażi tal-partit kontrihom. Wara dan, il-palazz sar ir-residenza tal-Gvernatur Ingliż Alexander Ball u baqa' hekk għal gvernaturi ta' warajh. Meta Malta saret repubblika fl-1974, sar ir-residenza tal-President.[6]

Remove ads

Monumenti u Siti ta' Interess

Il-Monument tal-Papa Ġwanni Pawlu II

Thumb
Il-monument li jinsab quddiem Santa Katerina.

Sabiex jiġu mfakkra ż-żewġt iljieli li l-Papa Ġwanni Pawlu II qatta' ġo dar f'Ħ'Attard, ir-residenti ta' dan il-lokal waqqfu monument f'ġieħu, li jinsab sewwasew quddiem l-Isptar ta' Santa Katerina.[14] Matul il-vista tiegħu, il-Papa raqad fin-Nunzjatura Appostolika ġo Ħ'Attard.

Il-kitba tgħid hekk:

Biex infakkru li
il-Papa Ġwanni Pawlu II
qagħad fostna
25-27·V·1990

Il-monument, xogħol l-iskrultur Joseph Casha huwa miksi bil-bronż.[15][16] Il-monument huwa kemm astratt, stil li kien jintuża ħafna minn Casha, kif ukoll realistiku.[17] Kixfu n-Nunzju Appostoliku, Arċisqof Pier Luigi Celata fl-1 ta' Ġunju, 1991,[16] fil-preżenza tal-kappillan ta' Ħ'Attard, Dun Anton Portelli, u bosta personalitajiet oħra. Għal din l-okkażjoni tkellmu wkoll is-Sur Joseph Sciberras u l-Professur Oliver Friggieri.‎

Remove ads

Il-Ferrovija

Thumb
Il-pont tal-ferrovija f'Ħ'Attard. Illum għad baqa' fdalijiet.

L-istorja tal-ferrovija

Fl-1870, il-proġett ta' ferrovija kien propost minn ċertu John Scott Tucker,[18] inġinier li twieled l-Ingilterra u li serva wkoll f'porti fl-Azores u Bermuda.[19] Il-proġett għall-ewwel ma tantx kien popolari, iżda madwar tliet snin wara, is-sapport għalih beda jikber. Il-gvern irċieva diversi pjanijiet, iżda l-aktar wieħed żviluppat kien pjan mill-inġinier Charles Andrews. Huwa pprovda skema realistika tal-mappa ta' Malta, flimkien ma' xi tpinġijiet u ġustifikazzjonijiet għall-mappa tiegħu.[18] Il-pjanta ta' Andrews kienet magħżula mill-Gvern, u taw lilu u lill-kollega tiegħu Edward Rosenbusch biss sena biex jiffurmaw kumpanija.[18]

Eventwalment, Andrews u Rosenbuch iffurmaw il-kumpanija Valletta-Notabile Railway Co. Ltd. fl-1876, b'kapital ta' £100,000, iżda sfortunatament il-kumpanija ngħalqet minħabba li ma kellhomx saħħa u sapport daqs kemm kellhom qabel. Wara dan, il-kumpanija tal-ferrovija tal-Ingilterra u l-inġinieri Richard Gervase Elwes u l-kollega tiegħu George Wells Owen fetħu kumpanija ġdida tal-ferrovija, iżda din ingħalqet ukoll meta l-Qorti ta' Malta ikkanċellat il-kuntratt tagħhom mal-gvern.[18]

Elwes ma qatax qalbu, u kompla jaħdem fuq il-pjanijiet u t-tpinġijiet tiegħu sakemm kellu xi tip ta' sapport mill-gvern. F'Lulju tal-1880, infetħet kumpanija oħra bl-isem ta' Malta Railway Company Limited. Din il-kumpanija kienet irreġistrata f'Londra u kellha ħames diretturi fil-bord. Sadanittant, Elwes u Owen kellhom l-akbar proporzjon ta' stokk tal-kumpanija. Pjanijiet u tpinġijiet bdew jiġu ċċirkulati biex l-investituri jagħtu £60,000 lill-kumpanija. Oriġinarjament, laħqu biss £49,830, iżda dan kien biżżejjed biex jibda l-proġett. F'Novembru tal-1880, il-kuntratt biex jibda l-bini kien iffirmat mill-inġinier Frank Alexander Brown Geneste, li kellu ħafna esperjenza fejn jidħol il-bini tal-ferroviji. Il-bini beda f'Marzu tal-1881, u meta x-xogħol kien kważi lest, il-flus li kienu użaw kien ikkalkulat bħala £76,971. Geneste laħaq sar l-eżekuttiv tal-proġett. Dan ġie bir-responsabbiltà li jopera l-kumpanija b'mod effiċjenti u profitabbli.[18]

Il-ferrovija kienet inawgurata fit-28 ta' Frar, 1883.[20] Bdiet tisfolla l-Belt min-nies fuq xulxin li kienu jgħixu fiha, b’mod speċjali fil-Mandraġġ, fil-ħafna kerrejiet u fl-Arċipierku. In-nies qabdu t-triq tal-Ħamrun, ta’ Birkirkara, ta’ Ħ’Attard u tar-Rabat, li bdew jikbru minn sena għal oħra. Il-Ħamrun, li sa l-1850 kellu biss mat-30 dar, f’ħamsin sena kellu popolazzjoni ta’ fuq 10,000 ruħ. Il-ferrovija bdiet tieħu post l-omnibusijiet biż-żwiemel u l-karrozzini. F'ġranet tal-festa jew xi tellieqa, il-ferrovija kienet mimlija nies, speċjalment fit-tielet klassi, li riedu jaqbdu t-triq għal xi belt partikolari. Geneste organizza xi avvenimenti hu stess sabiex il-ferrovija jkollha aktar nies. Fl-ewwel sena tagħha, 'l fuq minn 500,000 persuna użaw il-ferrovija.[18] Iż-żewġ kumpaniji tal-laneċ, bil-bandiera ħamra u bil-bandiera blu, bejn il-Belt u Tas-Sliema, ħadu ħafna mix-xogħol tad-dgħajjes u kabbru Tas-Sliema. Il-ferrovija, li kellha tinfirex lejn l-Imsida u lejn Tas-Sliema, qatgħet qalbha u l-proġett li tgħaddi minn taħt l-art bejn Putirjal u l-pjazza spiċċa wkoll fix-xejn.

Minħabba l-ammont ta' nies fit-tielet klassi, membri tal-ewwel u t-tieni klassi bdew inaqqsu, u avolja kien hemm ħafna nies fit-tielet klassi, l-ammont ta' flus xorta ma kienx biżżejjed. Problema oħra kienet li peress l-istazzjonijiet kienu miftuħin, bħalma kienu fl-Ingilterra dak iż-żmien, il-passiġġieri ġieli ma kinux iħallsu għall-biljett tagħhom. Il-ħin qasir bejn stazzjon u ieħor għamilha aktar faċli li wieħed jitla' u jinżel il-ferrovija qabel ma jgħaddi l-ispettur. Kien hemm ukoll min jibdel il-biljett tiegħu għal wieħed tal-ewwel jew it-tieni klassi, min iżomm il-biljett tiegħu biex jużah darba oħra, jibdel il-ġurnata ta' fuq il-biljett, jew ikomplu għaddejjin fuq il-ferrovija wara l-istazzjon li huma kienu ħallsu għalih. Minħabba dawn kollha, id-dħul tal-flus ma kienx biżżejjed.[18]

Ħafna mill-problemi tal-ferrovija jistgħu jiġu spjegati min-nuqqas ta' esperjenza ta' Geneste. Ma kienx iżomm il-ferrovija fi stat tajjeb, u avolja kien jaħdem ħafna biex idaħħal aktar flus, in-nuqqas ta' esperjenza u operazzjoni ħażina fuq il-magni juru li l-ħaddiema ma kellhomx biżżejjed prattika. Minkejja li dan kollu baqa' jsir, il-Gvern xorta kellu fiduċja f'Geneste. Huwa ħassu furjuż meta ra li n-nies kienu qed jgħidu li kien tort tiegħu li l-ferrovija bdiet tnaqqas fil-popolarità, għaliex fl-obitwarju tiegħu huwa msemmi li huwa mexxa l-ferrovija b'suċċess kbir u li kien jopera b'mod espert.[18][21]

Meta Geneste telaq il-kumpanija f'Novembru tal-1887, il-ferrovija tant kienet fi stat ħażin li ma baqgħetx topera b'skeda tal-ħin tajba. Passiġġieri li kienu jiddependu fuq il-ferrovija abbandunawha, u allura d-dħul tal-flus naqas. Il-probabbiltà kienet li Geneste telaq minħabba l-akkużazzjonijiet kontrih, u avolja l-evidenza kollha kienet hemmhekk, ma setax jemmen li l-falliment tal-ferrovija kien it-tort tiegħu. Wara dan ix-xogħol, Geneste mar il-Kolombja biex jaħdem fuq il-ferrovija ta' Santa Marija hemmhekk, fejn miet bit-tifu s-sena ta' wara.[18]

Il-ferrovija f'Ħ'Attard

Thumb
L-istazzjon ta' Ħ'Attard.

Il-ferrovija kienet tgħaddi mit-toroq ta' Ħ'Attard. Meta titlaq l-istazzjon ta' Birkirkara, u taqbad triqtha `l fuq mil-lok illum magħruf bħala "il-Linja", naturalment b'riferenza għal-linji tal-ħadid, il-ferrovija kienet timmira lejn l-istazzjon l-ieħor li kien hemm f'Ħ'Attard, biex imbagħad tiġbed lejn is-Salvatur fi triqtha, u din tkun l-itwal triq li huwa l-istazzjon tar-Rabat. Illum dan l-istazzjon ta' Ħ'Attard m'għadux jeżisti aktar għaliex fil-proġett ta' dan ir-raħal, dan l-istazzjon ġie mwaqqa' u llum minfloku hemm ġnien,pjazza u ftit bankijiet. Għalhekk dan huwa l-uniku stazzjon li waqa' mill-ħames stazzjonijiet li hemm. Iżda il-ġnien jagħti lemħa tajjeb li xi darba kienet tgħaddi ferrovija, wieħed jista jsib il-kamra fejn in-nies kienu jistennew, illum saret kamra privata. Wħud mis-siġar għadhom hemm u il-parti ta' fejn kienet tgħaddi il-ferrovija saret illum biċċa mogħdija għat-tfal.

Remove ads

l-iSkola Primarja

Sa l-1940 Ħ'Attard, bħaż-żewġt irħula ta' Ħal Lija u Ħal Balzan, kien juża l-iskola ta' Ħal Lija. Iżda malli faqqgħet il-gwerra u bdew l-attaki mill-ajru, ma kinitx ħaġa faċli, anzi kien ta' tiġrib għat-tfal ta' Ħ'Attard li joqgħodu jitilgħu u jinżlu erba' darbiet kuljum, iqiegħdu rwieħhom għal kull tiġrib sakemm jaslu minn Ħal Lija u lura. Fl-1958 il-Gvern ta' dak iż-żmien ħejja pjanta għal skola primarja fejn hemm id-disinn tas-Sur Ġużeppi A.Tonna. Din kellha tinbena fi Triq il-Mosta int u dieħel lejn l-isptar ta' Santa Katerina ta' Sjena. L-iskola ma bdietx tinbena qabel l-1959 u tlestiet fl-1962. Illum l-iskola jisimha Skola Primarja Tumas Dingli taħt l-isem ta' wieħed mil-iktar skulturi li għamel isem kbir għalih u għal pajjiżu.

Remove ads

L-Isptar tad-Dumnikani

L-Isptar ta' Santa Katerina ta' Sjena qiegħed fi Triq il-Mosta u hu magħruf l-aktar bħala l-isptar tas-Sorijiet Dumikani. Huwa ġie mqiegħed taħt il-patroċinju ta' din il-qaddisa li hija l-omm u l-mudella ta' dawn is-sorijiet. Ftit snin wara li l-Għaqda ta' Santa Katerina ġiet imwaqqfa fl-1916, is-Sorijiet Dumnikani waqqfu kunvent f'Lija bi klinika miegħu. Kienet hekk bir-reqqa l-kura li ġiet mogħdija lill-morda mis-sorijiet illi t-talbiet min-nies biex jidħlu hemm u l-professuri biex jaqdu f'din il-klinika, li nħasset il-ħtieġa li jibnu sptar ikbar u modern. Illum saret dar għall-anzjani.

Remove ads

L-Isptar Monte Karmeli

Bl-ordinanza ta' l-24 ta' Settembru 1852, il-kunsill talab li jintressqu pjanti għall-bini ta' sptar tal-mard tal-moħħ u li kellu jinbena fi Fleur-de-Lys. Fost il-pjanti, li l-arkitett tal-pjanta għażel u li matul is-sena 1852 kienu ppreżentati minn diversi arkitetti intgħażlet mill-Gvernatur Reid dik ta' l- Isqalli Gaetano Francesco Cianciolo, emigrant f' Malta u kien joqgħod f'Birkirkara. Beda jinbena fl-1853 f' Wied Inċita u mhux fejn kien maħsub qabel, jiġifieri fi Fluer-de-Lys.

Feniċi f'Ħ'Attard

Fil-21 ta' Settembru, 1946, filwaqt li kien għaddej it-tħaffir tal-gandoti fil-blat għat-tqegħid tal-katusi f'Misraħ Palma ġo Ħ'Attard, grupp ta' ħaddiema, daħlu aċċidentalment ġo midfna ta' qabar imħaffra fil-blat.

Id-daħla għall-qabar kienet minn spiera ta' ħames piedi fonda, erba' piedi twila u tliet piedi wiesgħa. Id-dħul għall-midfna kien minn fetħa rettangulari, żewġ piedi u seba' pulzieri għolja

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads