Bernard Grech

politiku u avukat Malti From Wikipedia, the free encyclopedia

Bernard Grech
Remove ads

Bernard Grech (twieled fit-8 ta' Ġunju 1971) huwa politiku u avukat Malti. Minn Ottubru tal-2020 beda jservi bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Quick Facts Ħajja, Twelid ...

Ħajja bikrija u professjonali

Bernard Grech twieled f'Raħal Ġdid fit-8 ta' Ġunju 1971. Huwa trabba f'Birżebbuġa u ggradwa bħala avukat, u speċjalizza fid-dritt ċivili.[1] Grech ipprattika l-attività professjonali tiegħu f'żewġ ditti tal-liġi, u speċjalizza fil-medjazzjoni tat-tilwim fil-familji.

Grech attwalment joqgħod il-Mosta.

Involviment fil-politika

Fl-2011 Grech ħa sehem fil-kampanja kontra l-legalizzazzjoni tad-divorzju f'Malta, li mbagħad intilfet.[2] Huwa ma kienx involut uffiċjalment fi rwoli attivi fil-politika qabel dak iż-żmien. Huwa tqarreb lejn il-pożizzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista fl-2018. F'Awwissu 2020 huwa kkontesta għal Kap tal-Partit Nazzjonalista kontra l-mexxej ta' dak iż-żmien Adrian Delia, wara li l-kungress tal-partit ivvota biex issir elezzjoni interna.[3]

Grech sar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fit-3 ta' Ottubru 2020, wara li rebaħ l-elezzjoni kontra Adrian Delia b'69.3% tal-voti.[4] Huwa ħa l-ġurament bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni fis-7 ta' Ottubru 2020.[5]

Elezzjonijiet Ġenerali 2022

Sena u nofs wara l-ħatra tiegħu, il-Partit Nazzjonalista ffaċċja l-ewwel elezzjonijiet taħt it-tmexxija ta' Bernard Grech. Fl-Elezzjonijiet Ġenerali ta' Marzu 2022, il-Partit Laburista kiseb 162,707 vot; 39,474 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 123,233 vot; u bħala persentaġġi l-PL ġab 55.1% u l-PN 42.1%, kważi ripetizzjoni tal-istess riżultati taż-żewġ elezzjonijiet ta' qabel. Kienet l-ikbar rebħa elettorali f'Malta u l-ikbar telfa għall-Partit Nazzjonalista minn wara l-Indipendenza sal-lum.

Meta wieħed iqabbel l-elezzjoni ġenerali ma’ dik tas-sena 2017 isib ukoll li l-Partit Laburista naqqas il-voti tiegħu b’8,269 vot, waqt li l-Partit Nazzjoznalsita naqqas il-voti bi 12,464 vot.

Remove ads

Ħajja privata

Grech iddikjara li huwa Kattoliku prattikant u huwa l-missier ta' żewġt itfal. Huwa esprima wkoll il-fehmiet tiegħu li huwa kontra l-legalizzazzjoni tal-abort.[6] Fil-ħajja privata tiegħu għandu interess personali fl-opri, u jiddiletta bħala kantant dilettant.[2]

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads