Carlos Bacca

From Wikipedia, the free encyclopedia

Carlos Bacca
Remove ads

Carlos Bacca (twieled fit-8 ta' Settembru 1986) huwa plejer tal-futbol Kolombjan li jilgħab bħala attakkant ma' Granada.

Quick facts Informazzjoni personali, Isem sħiħ ...
Remove ads

Karriera

Bacca beda l-karriera professjonali tiegħu f'pajjiżu ma' Junior fl-2006. Wara nuqqas ta' opportunitajiet mal-ewwel tim, ġie misluf żewġ staġuni infila ma' Barranquilla u mat-tim Veneżwelan ta' Minervén. Lura ma' Atlético Junior fl-2007, Bacca stabilixxa ruħu fit-tim hekk kif spiċċa l-aqwa skorer tal-Copa Colombia 2009. Sena wara sar rebbieħ u l-aqwa skorer tal-Categoría Primera A.

Fil-bidu tal-2012, Bacca iffirma mall-klabb Belġjan ta' Club Brugge għas-somma ta' 2.5 miljun Ewro. Fl-ewwel staġun sħiħ fl-Ewropa, hu ħalla l-marka b'24 gowl fil-kampjonat hekk kif spiċċa l-aqwa skorer filwaqt li Brugge temmew fit-tielet post. Nhar id-9 ta' Lulju 2013, Brugge ħabbru li Bacca ingħaqad ma' Sevilla ta' Spanja għas-somma ta' bejn €7 u €10 miljun.[1]

Fid-9 ta' Lulju 2013, Bacca iffirma ma' Sevilla għas-somma ta' 9.2 miljun ewro.[2] Bacca skorja l-ewwel gowl kompetittiv tiegħu għall-klabb fl-1 ta' Awwissu 2013.

Fit-2 ta' Lulju 2015, AC Milan ħabbru l-iffirmar ta' Bacca wara li attivaw il-prezz tiegħu ta' € 30 miljun.[3] Huwa għamel id-debutt tiegħu għal Milan f'logħba ta' ħbiberija kontra r-rivali Inter f'Shenzhen, iċ-Ċina.[4] Huwa għamel id-debutt kompetittiv fis-17 ta' Awwissu fit-tielet rawnd tal-Coppa Italia, b'rebħa ta' 2–0 kontra Perugia f'San Siro.[5] Fid-29 ta' Awwissu 2015, hu skorja l-ewwel gowl fis-Serie A, f'rebħa ta' 2-1 kontra Empoli. Huwa skorja l-ewwel dobjetta fis- Serie A fid-19 ta' Settembru 2015 f'rebħa ta' 3-2 kontra Palermo.

Remove ads

Statistika

Klabb

Statistiċi aġġornati fit-13 ta' Diċembru 2015.[6]

More information Klabb, Staġun ...

Gowls internazzjonali

Punteġġi u r-riżultati tal-Kolombja qegħdin fil-lista xellugija.
More information #, Data ...
Remove ads

Unuri

Klabb

Junior
  • Campeonato Apertura: 2010
  • Campeonato Finalización: 2011
Sevilla

Individwali

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads