Chris Eagles

From Wikipedia, the free encyclopedia

Chris Eagles
Remove ads

Christopher Mark Eagles (twieled fid-19 ta' Novembru 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Ingliż.

Quick Facts Informazzjoni personali, Isem sħiħ ...
Remove ads

Karriera

Bidu tal-karriera

Oriġinarjament, Eagles kien parti mill-mixtla ta' Watford, fejn fl-età tenera ta' erbatax-il sena hu ngħaqad mal-akkademja ta' Manchester United.

Manchester United

Eagles iddebutta mal-ewwel tim fit-28 ta' Ottubru 2003 bħala sostitut fit-tieni taqsima għal Kieran Richardson fil-ħin supplementari kontra Leeds United fil-kompetizzjoni tal-League Cup.[1]

Eagles ġie msellef lil Watford fil-21 ta' Jannar 2005, fejn irnexxielu jagħmel tlettax-il apparenza u skorja gowl wieħed. Hu kien ukoll misluf lil Sheffield Wednesday għall-ewwel nofs tal-istaġun 2005–06 fejn skorja l-ewwel gowl għal Sheffield Wednesday fid-derby kontra Leeds United.[2] Hu temm il-perjodu ta' self b'total ta' tliet gowls.

Fis-6 ta' Jannar 2006, Eagles kien misluf għal darb'oħra lil Watford, fejn iddebutta kontra Bolton Wanderers fl-FA Cup, fejn il-"Hornets" tilfu 3–0. Fl-ewwel apparenza fil-kampjonat għal Watford kontra Stoke City, hu skorja l-unika gowl għal Watford f'dik il-logħba. Il-gowl rebbieħ fir-rebħa ta' 1–0 kontra Brighton & Hove Albion fit-18 ta' Frar li kien minn madwar 45 metru (kważi mil-linja tan-nofs) li jixbah ħafna l-gowl ta' David Beckham għal Manchester United kontra Wimbledon madwar għaxar snin qabel tah l-unur tal-aktar gowl prestiġjuż tal-klabb f'dak l-istaġun.

Minkejja li kien hemm nuqqas ta' midfilders fil-klabb, fil-31 ta' Awissu 2006, Eagles qabel li jagħmel erba' xhur taħt self mat-tim Olandiż ta' NEC Nijmegen, biex jikseb aktar esperjenza.

Fil-21 ta' Diċembru 2006, Eagles iddeċieda li jirritorna lura lejn Manchester United wara li kien qed ibati biex ikun plejer regulari mat-tim ta' NEC Nijmegen.[3] Hu għamel biss 11-il apparenza għal NEC, bil-maġġoranza jkunu bħala sostitut. Fit-13 ta' Marzu 2007, Eagles daħal fit-tieni taqsima għal United f'logħba ta' esebizzjoni f'Old Trafford kontra Europe XI ta' Marcello Lippi.

Fit-28 ta' April 2007, Eagles skorja l-ewwel gowl mal-ewwel tim (fit-93 minuta) għal United fir-rebħa ta' 4-2 kontra Everton wara li daħal bħala sostitut fil-logħba tal-Premier League. Din ir-rebħa tat vantaġġ ta' ħames punti f'ras il-klassifika. Fl-20 ta' Lulju 2007, matul sett ta' logħob ta' ħbiberija li saru fl-Asja bħala preparamenti għall-istaġun li jmiss, hu skorja għal United kontra FC Seoul. Erbat ijiem wara, hu skorja wkoll gowl spettakulari minn madwar 30 metru kontra Shenzhen FC, fejn b'hekk skorja 3 gowls f'5 logħbiet. Fil-partiti li ntlagħbu ta' qabel l-istaġun, Eagles skorja gowl ieħor fejn dan kien il-gowl li kiseb il-pari ta' 1-1 kontra Kaiser Chiefs. Hu beda wkoll mal-ewwel ħdax fil-partita ta' qabel l-istaġun kontra Portsmouth fin-Niġerja, fejn skorja l-gowl tal-ftuħ għal United.

Burnley

Fid-29 ta' Lulju 2008, Eagles iffirma kuntratt ta' tliet snin ma' Burnley.[4] Id-debutt tiegħu wasal kontra Sheffield Wednesday fid-9 ta' Awwissu 2008. Ma' Burnley irnexxielu jirbaħ lura l-promozzjoni lejn il-Premier League.

Remove ads

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads