Cristal Arena
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Cristal Arena huwa grawnd multi-fin li jinsab f'Genk, Belġju. Il-grawnd jintuża għall-logħob tal-futbol u huwa l-grawnd ta' Racing Genk. L-istadju jesa' 25,000 partitarji (li 4,200 minnhom huma postijiet wieqfa) u kien ibena fl-1999. Heusden-Zolder kienu jużaw dan grawnd għal staġun wieħed. Wara r-relegazzjoni tal-klabb, ġew trasferiti għal Mijnstadion f'Beringen. L-attendenza medja tvarja minn 20,000 għal 22 000 partitarju li jżuru l-istadju kull ħmistax.
Qabel il-bidu tal-istaġun 2007-2008, l-istadju kien magħruf bħala "het Fenixstadion". Madankollu, kmieni fl-2007 Racing Genk ffirmat ftehim mal-birrerija Alken-Maes biex jikru l-isem tal-istadju għal perjodu ta' 5 snin.
Il-Belġju lagħbu żewġ logħbiet hawn fl-2009, logħba ta' ħbiberija kontra s-Slovenja u logħba ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja 2010 kontra l-Bożnija u Ħerżegovina fejn tilfu 2-4.
Remove ads
Ħoloq esterni
![]() |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Cristal Arena |
Referenzi
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads