Elena Gheorghe
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Elena Gheorghe (30 ta' Lulju 1985) hi kantanta Rumena. Gheorghe irrapreżentat lill-Rumanija fil-Festival tal-Eurovision 2009 u kkwalifikat għall-finali. L-iżblokk fix-xena mużikali wasal fl-2003, b'waħda mill-aqwa kanzunetti mir-repertorju tagħha "Te Ador".
Remove ads
Bijografija
Elena Gheorghe hi ta' dixxendenza Rumena u Maċedona-Rumena.[1][2] Ħafna mid-dixxendenti tagħha huma qassisin Ortodossi. Hi għandha oħtha, li hi ġurnalista u ħuha, Costin, li jilgħab il-futbol ma' Sportul Studenţesc. Ommha, Mărioara Gheorghe hi artista tal-folk. Id-debutt tagħha fix-xena tal-folk wasal meta kellha tliet snin bil-kanzunetta Sus în Deal în Poieniţă.
Gheorghe bdiet tkanta ma' Mandinga, grupp mużikali fuq stil Latin li gawda ħafna suċċess, fejn f'Ġunju tal-2003 ħareġ l-ewwel album bl-isem ta' ...De Corazón. Mandinga ikklassifikaw fir-raba' post fil-finali nazzjonali Rumena f'Marzu tal-2005 bil-kanzunetta My Sun u sena wara ngħataw diska tad-deheb. F'Jannar tal-2006 hi fetħet skola taż-żfin imsejħa Passitos u xahar wara temmet l-kollaborazzjoni tagħha ma' Madinga, fejn bdiet karriera bħala solista bl-għajnuna tal-produttur mużikali Laurenţiu Duţă. F'Ġunju tal-2006 Elena ħarġet l-ewwel album bħala solista, bit-titlu Your Voice.
F'Marzu tal-2007 Elena rebħet l-unur Radio România Actualitaţi bħala l-aqwa esebizzjoni tal-2006 u ġiet nominata għal "L-Aqwa Kanzunetta 2006" bil-kanzunetta Your Voice. F'Awwissu tal-2007, fir-Romanian Top Hit Music Awards, Elena rebħet l-unur ta' "L-Aqwa Kanzunetta 2007" b'Your Brown Eyes.
Eurovision 2009
Fil-31 ta' Jannar, 2009, Gheorghe intgħażlet bħala l-ambaxxatriċi tar-Rumanija fil-Festival tal-Eurovision 2009 f'Moska, ġewwa r-Russja. Hi kantat il-kanzunetta "The Balkan Girls", kanzunetta li wara li għaddiet mis-semifinali, spiċċat fid-19-il post b'40 punti fil-finali.
Remove ads
Diskografija
Albums
- 2006 – Vocea Ta
- 2008 – Lilicea Vreariei
- 2008 – Te Ador
Kanzunetti
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads