Shirak FC
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Shirak Football Club (Armen: Շիրակ Ֆուտբոլային Ակումբ) huwa klabb tal-futbol Armen li huwa bbażat ġewwa Gyumri. Il-klabb jilgħab fil-Premier League Armen, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Armen. Il-Grawnd tagħhom huwa Stadju Gyumri City.
Remove ads
Storja

FC Shirak kienu fondati fl-1958. Matul is-1970ijiet, il-klabb kien taħt l-isem Olympia. Huma kienu jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni Sovjetika sakemm l-Armenja ħadet l-indipendenza. Il-Grawnd tal-klabb huwa Stadju Gyumri City, li jesa' 3,000 partitarju; l-istadju kien rinnovat fl-1999. Il-klabb huwa wieħed mill-eqdem fil-Armenja u pproduċa plejers tajbin ħafna li marru fuq biex jirrappreżentaw il-pajjiż. Artur Petrosyan u Harutyun Vardanyan huma żewġ plejers famużi prodotti minn dan il-klabb. It-tnejn l'huma kienu kisbu reputazzjoni bħala plejers b'talent u komplew biex jilagħbu għat-Tim nazzjonali tal-Armenja.
Il-klabb huwa t-tieni l-aktar li għandhu unuri fil-pajjiż, li rebħu 3 kampjonati u 3 super-cups, madankollu tħabtu finanzjarjament fl-aħħar snin (2005, 2006), fatt li ra d-dawra tal-klabb fil-prestazzjonijiet fqar u fl-edizzjonijiet riċenti tal-Premier League Armen. Fl-2012 FC Shirak għall-ewwel fl-istorja tagħhom rebħu t-Tazza Armena.
FC Shirak ħadu sehem fit-3 tazzi Ewropej differenti: Champions League, UEFA Cup u Intertoto Cup. Fl-2012/13 FC Shirak lagħbu fil-UEFA Europa League u avvanzaw għat-tieni fażi bl-aggregat ta' 2-1 kontra FK Rudar Pljevlja. Fit-tieni rawnd FC Shirak lagħbu ma Bnei Yehuda mill-Iżrael u tilfu 3-0.
Remove ads
Unuri
Rebbieħa (3) – 1992, 1994, 1999, 2012–13
Runner-up (5) – 1993, 1995-96, 1997, 1998, 2002
It-tielet (2) –2000, 2003;
Tazza Armena
Super Cup Armena
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
Minn Lulju 2012.
Plejers notevoli
Kowċis
Remove ads
Ħoloq esterni
- Shirak fuq FFA.AM
- Shirak fuq UEFA.COM
- Shirak fuq EUFO.DE
- Shirak fuq Weltfussball.de
- Shirak fuq Playerhistory.com
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads
