FC BATE Borisov

From Wikipedia, the free encyclopedia

FC BATE Borisov
Remove ads

FC BATE Borisov (ippronunċjat bʌtə') (bil-Bjelorussu: ФК БАТЭ Барысаў; bir-Russu: ФК БАТЭ Борисов) hu klabb tal-futbol Bjelorussu, li jilgħab fil-belt ta' Borisov. Attwalment jikkompetu fil-kampjonat Bjelorussu li tiegħu huma ċ-ċampjins renjanti. L-istaġun 2008–09 kien wieħed storiku għall-klabb hekk kif ikkompetew għall-ewwel darba fil-UEFA Champions League. L-istadju tagħhom huwa l-Borisov Arena.

Quick facts Isem sħiħ, Fundazzjoni ...
Remove ads

Storja

Il-klabb kien fundat lura fl-1973, ġie ristabbilit fl-1996. L-isem BATE ġej mill-akronomu tal-Borisov Works of Automobile and Tractor Electronic Equipment. Minkejja li ma kellhomx xi storja wisq sabiħa fi ħdan il-kampjonat Sovjetiku, mill-1996 'il quddiem, BATE irnexxielhom jirbħu ħames kampjonati nazzjonali waqt li kkompetew fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA kontra timijiet ta' kalibru bħal AC Milan, Juventus, Zenit St. Petersburg, Bolonga, 1860 Munich u Real Madrid. Mal-unuri tal-kampjonat, insibu wkoll it-Tazza tal-Bjelorussja li ntrebħet fl-2006, meta l-formazzjoni ta' Borisov irnexxielha tagħmel il-famuża double.

Plejers bħal Aliaksandr Hleb, Vitali Kutuzov u Yuri Zhevnov bdew il-karriera tagħhom mal-BATE u llum huma regulari fit-tim nazzjonali tal-Bjelorussja.

Fl-2008, BATE saret l-ewwel skwadra Bjelorussa li waslet sal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Il-klabb irnexxielu jasal sa dan l-istadju tal-edizzjoni 2008–09, meta fit-triq elimina fl-ewwel rawnd preliminarju liċ-ċampjins Iżlandiżi Valur, fir-rawnd suċċessiv lill-Belġjani ta' RSC Anderlecht, waqt li fl-aħħar rawnd lill-Bulgari ta' Levski Sofia. It-tlugħ tal-poloz tefgħu lill-klabb Bjelorussu ma' Real Madrid, Juventus u Zenit St. Petersburg. Wara li fl-ewwel logħba fi Spanja kontra r-Real Madrid tilfu 2–0, BATE kisbu riżultat prestiġjuż meta f'darhom spiċċaw pari ta' 2–2 kontra t-tim ta' Juventus, meta b'sorpriża kienu saħansitra jinsabu f'vantaġġ ta' żewġ gowls. Dan kien l-ewwel punt storiku f'fażi tal-gruppi tal-kompetizzjoni massima Ewropea. Il-mixja ta' BATE kompliet sakemm ġabru punt ieħor fil-partita ta' wara li spiċċat 1–1 kontra t-tim Russu ta' Zenit. Minkejja li spiċċaw l-aħħar mill-grupp u naqsu li jikkwalifikaw għall-fażi suċċessiva jew għar-rawnd tal-aħħar 32 tat-Tazza UEFA, huma xorta kisbu tifħir internazzjonali mill-istampa għad-dixxiplina, l-istil offensiv u n-nuqqas ta' biża li kellhom kontra uħud mill-aqwa timijiet Ewropej.

Remove ads

Unuri

  • Kampjonat Bjelorussu: 15
1999, 2002, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018
  • Tazza tal-Bjelorussja: 3
2006, 2010, 2015
  • Super Cup Bjelorussa: 7
2010, 2011, 2013, 2014, 2015, 2016, 2017
  • Kampjonat Sojvetiku: 3
1974, 1976, 1979

Storja tal-Kampjonati u Tazzez

More information Staġun, Livell ...
  • 1 Inklużi l-play-off (Rebħa ta' 1–0) għall-1 post kontra Neman Grodno, kif iż-żewġ timijiet lestew il-punti indaqs.

Rekord Eweropew

More information Staġun, Kompetizzjoni ...
Remove ads

Plejers notevoli

Kienu labgħu logħob internazzjonali għall-pajjiżi rispettivi tagħhom. Parteċipanti li isimhom huwa elenkat fil-bold irrappreżenaw il-pajjiżhom waqt li jilagħbu għall BATE.

Bjelorussja
  • Bjelorussja Maksim Bardachov
  • Bjelorussja Gennadi Bliznyuk
  • Bjelorussja Renan Bardini Bressan
  • Bjelorussja Vital Bulyga
  • Bjelorussja Egor Filipenko
  • Bjelorussja Alexander Hleb
  • Bjelorussja Artem Kontsevoy
  • Bjelorussja Sergey Krivets
  • Bjelorussja Vitali Kutuzov
  • Bjelorussja Yawhen Lashankow
  • Bjelorussja Dzmitry Likhtarovich
  • Bjelorussja Dmitry Molosh
  • Bjelorussja Dzmitry Mazalewski
  • Bjelorussja Pavel Nyakhaychyk
  • Bjelorussja Dzyanis Palyakow
  • Bjelorussja Alyaksandr Pawlaw
  • Bjelorussja Artsyom Radzkow
  • Bjelorussja Vitali Rodionov
  • Bjelorussja Filip Rudzik
  • Bjelorussja Mikalay Ryndzyuk
  • Bjelorussja Igor Shitov
  • Bjelorussja Mikhail Sivakov
  • Bjelorussja Vadim Skripchenko
  • Bjelorussja Ihar Stasevich
  • Bjelorussja Oleg Strakhanovich
  • Bjelorussja Valery Strypeykis
  • Bjelorussja Alyaksandr Valadzko
  • Bjelorussja Raman Vasilyuk
  • Bjelorussja Syarhey Vyeramko
  • Bjelorussja Alyaksandr Yurevich
  • Bjelorussja Maksim Zhavnerchik
  • Bjelorussja Yuri Zhevnov
Pajjiżi tal-USSR
  • Armenja Zaven Badoyan
  • Armenja Hovhannes Goharyan
Ewropa
  • Serbja Mateja Kežman

Plejers famużi

  • Aliaksandr Hleb
  • Vitali Kutuzov
  • Yuri Zhevnov
  • Egor Filipenko
  • Aleksandr Fedorovich
  • Aleksandr Ermakovich
  • Dmitri Likhtarovich
  • Dmitry Molosh
  • Vadim Skripchenko
  • Gennady Mardas
  • Evgeni Loshankov
  • Nikolay Ryndyuk
  • Yuri Puntus
  • Igor Kryushenko
  • Gennadi Bliznyuk
  • Igor Shitov
  • Sergey Veremko
  • Anri Hagush
  • Vitali Buliga
Remove ads

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads