FIFPro
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Il-Fédération internationale des Associations de footballeurs professionnels, magħrufa sempliċement bħala FIFPro, hi organizzazzjoni mondjali li tirrapreżenta l-plejers professjonisti tal-futbol. Hemm 42 assoċjazzjoni nazzjonali tal-plejer membri tal-FIFPro.
Unuri
Fl-2005, il-FIFPro ħabbret l-inawgurazzjoni tal-għotja tal-unuri tal-"World XI", "Plejer tas-Sena" u tal-"Plejer Żagħżugħ tas-Sena".
World XI
Wara l-votazzjoni ta' aktar minn 43,000 plejer minn 42 federazzjoni, mil-lista ta' kandidati għal kull pożizzjoni, tiġi eletta l-iskwadra ideali, magħrufa aħjar bħala l-All-Star Team, ta' ħdax-il plejer: gowler, erba' difensuri, erba' midfilders u żewġ attakkanti. Il-lista hi magħmula mill-kummissjoni tal-premju.
Plejer tas-Sena
Il-plejer bl-aktar numru ta' voti fil-World XI jiġi msemmi bħala l-Plejer tas-Sena.
Plejer Żagħżugħ tas-Sena
Żewġ plejers jiġu magħżula għal dan l-unur; wieħed skont il-kumitat tal-unuri, u l-ieħor skont il-benjamini.
Remove ads
Ħoloq esterni
- (EN) Sit uffiċjali
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads