Lionel Messi
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
Lionel Andrés Messi (twieled fl-24 ta' Ġunju 1987), magħruf ukoll bħala Leo Messi, huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala attakkant mal-klabb Franċiż ta' Paris Saint-Germain u mat-tim nazzjonali tal-Arġentina. Hu hu rikonoxxut fost l-aqwa plejers ta' kull żmien,[1][2][3][4][5] fejn rebaħ seba' unuri tal-Ballun tad-Deheb u rekord ta' sitt unuri taż-Żarbuna tad-Deheb. Sal-2021 kien qatta' l-karriera professjonali tiegħu ma' Barcelona fejn magħhom rebaħ rekord ta' 35 trofew, fosthom għaxar La Liga, seba' Tazzi tar-Re u erba' titli tal-UEFA Champions League. Ma' pajjiżu rebaħ l-edizzjoni tal-2021 tal-Copa América u fl-2022 it-Tazza tad-Dinja.
![]() |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Attakkant prolifiku, Messi iżomm ir-rekord tal-aktar gowls skorjati fil-kampjonat Spanjol (474), l-aktar gowls fi staġun wieħed tal-kampjonat Spanjol u Ewropew (50), l-aktar numru ta' tripletti fil-La Liga (36) u l-UEFA Champions League (8), l-aktar assists fl-istorja tal-La Liga (192), fi staġun wieħed tal-La Liga (21) u fil-Copa América (17). Hu wkoll iżomm ir-rekord tal-aktar gowls internazzjonali minn Sud-Amerikan maskili. Messi skorja iktar minn 750 gowl mal-klabbs u f'isem pajjiżu, u skorja l-iktar numru ta' gowls għal klabb wieħed (672).
Remove ads
Bijografija
Messi twieled f'Rosario, fil-Provinċja ta' Santa Fe. Il-ġenituri tiegħu kienu Jorge Horácio Messi, ħaddiem ġewwa fabbrika tal-azzar, u Celia María Cuccittini.[6][7][8][9] Il-familja paterna tiegħu oriġinat mill-belt Taljana ta' Ancona, minn fejn hu l-antenat tiegħu, Angelo Messi, li emigra lejn l-Arġentina fl-1883.[10][11] Huwa għandu żewġ aħwa akbar minnu, Rodrigo u Matías, u oħtu, María Sol.[12] Fl-età ta' ħames snin, Messi beda jilgħab il-futbol ma' Grandoli, klabb lokali ggwidat minn missieru Jorge. Fl-1995, Messi qaleb ma' Newell's Old Boys li kienu bbażati fil-belt tiegħu Rosario.[13] Hu sar parti mit-tim taż-żgħażagħ lokali tar-River Plate li tilfu logħba waħda biss f'erba' snin u sar lokalment magħruf bħala "l-Magna tal-1987, is-sena tat-twelid tiegħu.[14]
Fl-età ta' 11-il sena, Messi kien ġie dijanjostikat bit-tkabbir ta' defiċjenza ormonali.[15] Ir-River Plate wrew l-interess fil-progress ta' Messi, iżda ma kinux lesti li jħallsu għall-kura tal-kundizzjoni tiegħu, li kienet tiswa $900 fix-xahar. Carles Rexach, id-direttur sportiv ta' Barcelona FC, kien sar konxju tat-talent li Messi mill-qraba li kellu ġewwa Lleida, u b'hekk Messi u missieru rnexxielhom jirranġaw prova mat-tim tal-kbar. Rexach, b'ebda karta oħra f'idejh, offra lil Messi kuntratt bil-miktub.[16] Barcelona FC offrew li jħallsu għall-kambjali medika ta' Messi jekk hu kien lest li jgħix ġewwa Spanja. Messi u missieru marru lejn Barċellona fejn Messi rreġistra fin-nursery tal-klabb.[17]
Remove ads
Barcelona FC
Messi lagħab ma diversi timijiet ta' Barcelona FC fosthom Infantil B u Cadete B & A mill-2000 sal-2003 (37 gowl fi 30 logħba ma Cadete A). L-istaġun 2003–04 ra lil Messi fuq rekord[18] ma ħames timijiet differenti: Huwa beda logħba waħda ma Juvenil B (gowl wieħed) u ġie promossi ma Juvenil A (14-il logħba, 21 gowl). Aktar tard huwa għamel l-ewwel debut tiegħu mat-tim Barcelona FC C (Tercera División) fid-29 ta' Novembru 2003 u ma Barcelona FC B (Segunda División B) fis-6 ta' Marzu 2004. Hu lagħab maż-żewġ timijiet matul l-istaġun (għaxar logħbiet, ħames gowls u ħames logħiet, żero gowls, rispettivament).[19][20][21] Qabel dawn iż-żewġ debutts, Messi għamel id-debutt uffiċjali tiegħu għall-ewwel tim fis-16 ta' Novembr, 2003 fl-età ta' 16-il sena u 145 ġurnata, f'logħba ta' ħbiberija kontra Porto.[22]
Inqas minn sena wara l-bidu tiegħu, Frank Rijkaard tah id-debutt tal-kampjonat tiegħu kontra RCD Espanyol fis-16 ta' Ottubru 2004 (17-il sena u 114 ġurnata), li sar it-tielet l-iżgħar plejer li lagħab għal Barcelona FC u l-iżgħar plejer tal-klabb li lagħab f'Premier, li kien miksur minn Bojan Krkić f'Settembru 2007. Meta hu skorja l-ewwel gowl tiegħu mat-tim tal-kbar kontra Albacete Balompié fl-1 ta' Mejju 2005, Messi kellu biss 17-il sena, 10 xhur u sebat ijiem, li sar l-iżgħar plejer li skorja f'logħba ta' Premier ma' Barcelona FC[23] sakemm kien mill-ġdid miksur minn Bojan Krkić fl-2007, li skorja mill-assistenza ta' Messi.[24] Messi qal dwar l-eks kowċ Rijkaard: "Jien qatt mhu ser ninsa l-fatt li huwa nieda l-karriera tiegħi, li kellu l-fiduċja fija filwaqt li jien kelli biss 16 jew 17."[25] Matul l-istaġun, Messi lagħab ukoll ma Barcelona FC B (Segunda División B) li magħhom skorja 6 gowls fi 17-il logħba.
Remove ads
Statistika
Klabb
Timijiet Riserva
L-Ewwel Tim
Assisti
Din tinkludi l-assisti fil-kompetizzjonijiet kollha uffiċjali:[29]
* Staġun kurrenti.
Internazzjonali
Mis-6 ta' Frar 2013[30][31][32]
Dehriet internazzjonali
Gowls Internazzjonali
- Punteġġi u r-riżultati ta' Malta qedgħin fil-lista xellugija.
Remove ads
Unuri
- Barcelona
- La Liga: 2004–05, 2005–06, 2008–09, 2009–10, 2010–11, 2012–13, 2014–15, 2015–16, 2017–18, 2018–19
- Tazza tar-Re: 2008–09, 2011–12, 2014–15, 2015–16, 2016–17, 2017–18, 2020–21
- Supercopa de España: 2006, 2009, 2010, 2011, 2013, 2016, 2018
- UEFA Champions League: 2005–06, 2008–09, 2010–11, 2014–15
- UEFA Super Cup: 2009, 2011, 2015
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2009, 2011, 2015
- Paris Saint-Germain
- Ligue 1: 2021–22
- Trophée des Champions: 2022
- Arġentina U23
- Olimpjadi tas-sajf: 2008
- Arġentina
- Tazza tad-Dinja: 2022; finalista tellief: 2014
- Copa América: 2021; finalista tellief: 2016
- Tazza taċ-Ċampjins CONMEBOL–UEFA: 2022
Remove ads
Referenzi
Ħoloq esterni
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads