Justin Haber

From Wikipedia, the free encyclopedia

Justin Haber
Remove ads

Justin Haber (twieled fid-9 ta' Ġunju 1981) huwa plejer tal-futbol Malti li attwalment jinsab jilgħab ma' Hibernians.

Quick Facts Informazzjoni personali, Twelid ...
Remove ads

Karriera

Huwa beda l-karriera tal-futbol mat-tim lokali ta' Floriana. Matul it-tliet snin mat-tim Furjaniż, hu għamel 23 dehra, fejn fl-ewwel sena tiegħu mal-ewwel tim intbagħat b'self lit-tim Bulgariż ta' Dobrudzha Dobrich mill-Ewwel Diviżjoni.

Fis-27 ta' Ġunju 2007, tħabbar li Justin Haber ingħaqad mat-tim ibbażat f'raħal qrib Ateni u li jimmilita fit-Tieni Diviżjoni Griega, Chaidari, f'kuntratt ta' sentejn. Fil-31 ta' Lulju 2008, Haber ingħaqad mat-tim ta' Sheffield United f'kuntratt ta' sentejn.[1] Minħabba li kien sab ftit opportunitajiet ta' futbol regulari mal-klabb Ingliż, Haber ġie msellef lit-tim ta' Ferencvárosi li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Ungeriża.[2] Waqt kamp ta' taħriġ li sar minn dan it-tim fil-bidu tal-2010 ġewwa Malta, ġie finalizzat it-trasferiment definittiv ta' Haber mal-klabb, fejn ingħata kuntratt ta' tmintax-il xahar.[3] Aktar tard, miegħu ngħaqad il-kompatrijott Andre Schembri. Id-debutt ma' Ferencvaros wasal fil-pari ta' 2–2 kontra Videoton nhar il-25 ta' Settembru 2009. Din kellha tkun waħda miż-żewġ logħbiet li lagħab matul l-ewwel staġun tiegħu ġewwa l-Ungerija. It-tieni staġun tiegħu rah jiġi involut aktar mal-ewwel ħdax fejn lagħab għaxar partiti fil-kampjonat, fosthom fir-rebħa ta' 5–0 kontra Lombard-Pápa fejn fiha salva penalty.[4] Fl-aħħar tal-istaġun, minkejja offerta min-naħa tal-klabb sabiex jestendi l-kuntratt tiegħu b'sentejn, hu rrifjuta dan it-tiġdid tal-kuntratt.[5]

Nhar l-4 ta' Lulju 2011, ġie uffiċjalment imħabbar li Haber iffirma kuntratt ta' sentejn mal-klabb ta' Kerkyra, ibbażati fil-gżira ta' Korfu (Greċja).[6] Wara sena fil-kampjonat Grieg, Haber irritorna lura lejn art twelidu fejn iffirma kuntratt ta' sentejn ma' Mosta.[7]

Fl-2012 huwa nqagħad ma' Birkirkara, fejn magħhom rebaħ it-titlu tal-Premier League Malti.

Remove ads

Internazzjonali

Justin Haber iddebtta mat-tim nazzjonali Malti fid-9 ta' Ottubru 2004 kontra l-Iżlanda. Nhar id-9 ta' Frar 2011, waqt logħba ta' ħbiberija kontra l-Iżvizzera, Haber irnexxielu jsalva żewġ penalties mogħtija minn Alexander Frei u Gökhan Inler li żammew ir-riżultat mingħajr gowls.[8]

Unuri

Birkirkara

Referenzi

Ħoloq esterni

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads