Tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżlanda
From Wikipedia, the free encyclopedia
Remove ads
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżlanda jirrappreżenta lill-Iżlanda fl-assoċjazzjoni tal-futbol u huwa kkontrollat mill-Federazzjoni tal-futbol tal-Iżlanda. Huma qatt ma avvanzaw sal-finali ta' kwalunkwe kompetizzjoni internazzjonali maġġura.
Għall-Kampjonati Ewropej 2004, l-Iżlanda kienet immexxija minn Ásgeir Sigurvinsson li kien tellgħa lit-tim fil-quċċata tal-grupp, b'4 renħit u dro ta' 0–0 mal-Ġermanja ġewwa Rejkjavik, madankollu kemm il-Ġermanja u l-Iskozja kellhom logħba fl-idejhom u t-tnejn użaw minnhom il-potenzjal massimu tagħhom, bl-Iskozja jgħelbu lil Litwanja u l-Ġermanja għelbu lill-Iskozja fil-logħba preċedenti tal-Ġermanja. L-Iżlanda naqset biex tikseb riżultat fil-logħba finali tagħhom kontra l-Ġermanja, u l-Iskozja kisbu t-tieni post. L-Iżlanda naqsu milli jirbħu l-logħba finali, huma spiċċaw b'4 punti biss fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 u bi 8 punti fil-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008.
Forsi l-aktar logħba notevoli kien il-logħba ta' ħbiberija kontra l-Estonja fl-24 ta' April 1996 f'Tallinn. Matul it-tieni taqsima ta' din il-logħba, Eiður Guðjohnsen daħal bħala sostitut għall-missieru Arnór. Dan immarka l-ewwel darba li missier u iben lagħbu fl-istess logħba internazzjonali. Oħra importanti għall-futbol Iżlandiż kienet ir-rebħa ta' 2–0 kontra l-Italja f'logħba ta' ħbiberija ġewwa Laugardalsvöllur, fit-18 ta' Awwissu 2004[1] b'20,204 partitarji fl-attendenza, rekord Iżlandiż.[2]
Remove ads
Tazza tad-Dinja
Kampjonati Ewropej
Rekord ta' kull żmien kontra n-nazzjonijiet kollha
Mis-7 ta' Ġunju, 2013
Remove ads
Skwadra attwali
Wikiwand - on
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Remove ads