Leonardo da Vinci

From Wikipedia, the free encyclopedia

Leonardo da Vinci
Remove ads

Leonardo da Vinci (Leonardo di ser Piero da Vinci), (15 ta' April, 1452, Vinci, l-Italja, – 2 ta' Mejju, 1519, Amboise, Franza)[1], kien pittur Fjorentin u bniedem ta' ġenju universali li kien fl-istess ħin, xjenzjat, inġinier, inventur, anatomista, pittur, skultur, arkitett, urbanista, botanista, mużiċista, filosfu u kittieb.

Quick Facts Ħajja, Isem propju ...

Minn wara tfulitu Vinci, Leonardo studja mal-pittur u skultur famuż Fjorentin Andrea del Verrocchio. L-ewwel xogħlijiet importanti tiegħu saru fis-servizz tad-Duka Ludoviku Sforza, Milan. Wara mar jaħdem Ruma, Bolonja u Venezja u qatta' l-aħħar snin ta' ħajtu Franza, mistieden mir-Re Franġisku I ta' Franza.

Leonardo da Vinci sikwit jiddeskrivuh bħala l-arketip u s-simbolu tal-bniedem tar-Rinaxximent, ġenju universali, filosfu umanista, osservatur u sperimentatur, mogħni b' "don rari tal-intwizzjoni tal-ispazju" [2], li l-kurżita tiegħu kienet tikkompara magħa biss il-ħila fl-invenzjoni[3]. Ħafna awturi u storiċi iqisuh bħala wieħed mill-aqwa pitturi li qatt kien hemm u ċerti nies jikkonsidrawh bħala l-bniedem bl-aqwa talent fl-ikbar numru ta' oqsma differenti li qatt għex.[4][5].

L-ewwelnett, Leonardo da Vinci hu magħruf bħala pittor. Tnejn mill-pitturi tiegħu, La Gioconda u L-Aħħar Ċena, huma pitturi famużi immens li sikwit isiru koji u parodiji tagħhom[3], u d-disinn tiegħu ir-Raġel Vitruvjan hu wkoll użat f'għadd kbir ta' xogħlijiet derivati. Xi ħmistax il-xogħol biss għadhom jeżistu[6]; dan in-numru żgħir hu mħabba l-isperimentazzjoni konstanti u kultant diżastruża b'tekniki ġodda u l-prokrastinazzjoni kronika tiegħu[7]. Però, dawn il-ftit opri, flimkien mal-pitazzi tiegħu li fihom disinji, dijagrammi xjentifiċi u riflessjonijiet dwar in-natura tal-pittura, jifformaw wirt prezzjuż immens għall-artisti ta' warajh.

Bħala inġinier u inventur, Leonardo żviluppa ideat avvanzati ħafna għal żmienu, bħall-ajruplan, l-elikotteru, is-sottomarin u anke l-karrozza. Ftit ħafna mill-proġetti tiegħu seħħu jew setgħu iseħħu f'ħajtu[8], però xi ftit mill-invenzjonijiet żgħar tiegħu bħall-magna biex tkejjel il-limitu elastiku ta' kabil daħlet fil-proċess tal-manifattura[9]. Bħala bniedem xjentifiku, Leonard da Vinci għamel progress kbir fl-għarfien tal-oqsma tal-anatomija, tal-inġinerija ċivili, tal-ottika u tal-idrodinamika.

Remove ads

Bijografija

Tfulija

Leonardo da Vinci twieled nhar is-Sibt, 15 ta' April 1452, "fit-tielet siegħa tal-lejl", jiġifieri tliet sigħat wara l-Ave Maria, li jiġi l-10 u nofs ta' filgħaxija[10], minn relazzjoni ta' mħabba illeġittima bejn Messer Piero Fruosino di Antonio da Vinci, nutar, kanċillier u ambaxxatur tar-Repubblika Fjorentina u dixxendent ta' familja għanja Taljana ta' kbarat u tfajla ta' familja baxxa tar-raħal mill-villaġġ żgħir Toskan ta' Anchiano, xi żewġ kilometri 'l bogħod minn Vinci [11], fit-territorju ta' Firenze. [12] · [13]. Studju dattiloskopiku tal-2006 jinnota li Caterina setgħet kienet ilsira ġejja mill-Orjent, jew għall-inqas mir-reġjun tal-Mediterran, u mhux raħħala minn of Vinci, [14]

Leonardo, jew aħjar Lionardo skont l-isem tal-magħmudija[10], għex l-ewwel ħames snin ta' ħajtu ma' missieru [10], fejn kien ittrattat bħala tifel leġittmu[15]. Fil-magħmudija kellu ħames parrini rġiel u ħames parrini nisa, kollha mir-raħal[10].

Thumb
Leonardo da Vinci.

F'dik l-epoka, il-konvenzjoni ta' kif jissejħu n-nies ma kinitx għadha żviluppata fl-Ewropa. Il-familji tal-kbarat biss kienu jużaw il-kunjom tal-appartenenza patronimika. In-nies ordinarji kienu jissejħu b'ismhom, u b'xi żieda li tagħti iżjed preċiżjoni jekk ikun hemm bżonn: l-isem tal-missier,il-post ta' minn fejn huma, il-kunjom, l-isem tal-imgħallem għan-nies tas-sengħa, eċċ. Għalhekk, l-isem tal-artista hu Leonardo di ser Piero Da Vinci, li tfisser Leonardo, iben ser Piero Minn Vinci ; però id-"Da" għandha ittra majuskola biex turi li dan mhux patronimiku[10]. Leonardo kien jiffirma x-xogħlijiet tiegħu sempliċemente Leonardo jew Io, Leonardo ("Jien, Leonarda"). Allura l-parti l-kbira tal-awtoritajiet jattribwixxu x-xogħlijiet tiegħu lil Leonardo mingħajr da Vinci. X'aktarx ma kienx juża isem missieru għax kien iben illeġittmu.

Fl-1457, meta kellu ħames snin ommu żżewġet lil Antonio di Piero Buti del Vacca da Vinci, fuħħar mill-villaġġ, li miegħu kellha ħames ulied[10]. Sadattant missieru żżewweġ lil Albieri degli Amadori, tfajla ta' 16-il sena minn familja għanja minn Firenze [10]. Din billi ma kellhiex tfal tefgħet imħabbitha kollha fuq Leonarda, imma mietet ta' età żgħira fit-tqala fl-1464[10]. Missieru minn twelidu kien kien dejjem iqisu apparti mill-familja u qatt ma għamlu leġittmu. Missieru żżewweġ tliet darbiet oħra u kellu għaxar ulied oħra wara Leonardo. Leonardo kien jinġieb mal-aħħar mara ta' missieru , Lucrezia Guglielmo Cortigiani, u f'nota sejħilha "omm għażiża u ħanina"[10]. Zijuh Francesco u nannuh Antonio da Vinci kellhom rwol importanti fit-trobbija tiegħu. Nannuh għallmu l-osservazzjoni tan-natura; kien dejjem itennilu "Po l’occhio!" (Iftaħ għajnejk!) [16].


Remove ads

Ħoloq esterni

Noti u referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads