Palestina

stat sovran de jure fil-Lvant Nofsani From Wikipedia, the free encyclopedia

Palestina
Remove ads

Il-Palestina (bl-Għarbi: فلسطين‎, b’ittri Rumani: Filasṭīn), uffiċjalment rikonoxxuta bħala l-Istat tal-Palestina (bl-Għarbi: دولة فلسطين‎, b’ittri Rumani: Dawlat Filasṭīn) min-Nazzjonijiet Uniti (NU) u minn entitajiet oħra, hija stat sovran de jure[1][2] fil-Punent tal-Asja mmexxi uffiċjalment mill-Organizzazzjoni tal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) u jisħqu s-sjieda tagħhom fix-Xatt tal-Punent u fl-Istrixxa ta' Gaża[3], b’Ġerusalemm bħala l-belt kapitali ddeżinjata[4][5]; fil-prattika, madankollu, kontroll amministrattiv parzjali biss huwa miżmum fuq il-167 "gżira" fix-Xatt tal-Punent, u Gaża hija mmexxija minn gvern rivali (Ħamas). It-territorju kollu li jisħqu s-sjieda tiegħu fl-Istat tal-Palestina ilu okkupat mill-1948, l-ewwel mill-Eġittu (l-Istrixxa ta’ Gaża) u l-Ġordan (ix-Xatt tal-Punent) u mbagħad minn Iżrael wara l-Gwerra tas-Sitt Ijiem fl-1967.[6] Il-Palestina għandha popolazzjoni ta' 5,159,076 ruħ[7] (Diċembru 2020), u hija kklassifikata fil-121 post bħala kobor tal-popolazzjoni.[8][9]

Thumb
Mappa tal-Awtorità Palestinjana li turi l-enklavi Palestinjani li attwalment jinsabu taħt l-amministrazzjoni Palestinjana (bl-aħmar; iż-Żoni A u B).
Quick facts Istat tal-Palestinaدولة فلسطين, [[{{{ħolqa_demografija}}}|L-ikbar belt]] ...

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1947, in-Nazzjonijiet Uniti adottaw Pjan ta’ Diviżjoni għal Palestina Mandatorja li rrakkomanda l-ħolqien ta’ stat Għarbi u stat Lhudi indipendenti u Ġerusalemm internazzjonalizzata.[10] Dan il-pjan tad-diviżjoni ġie aċċettat mil-Lhud iżda ġie rrifjutat mill-Għarab. L-għada tal-istabbiliment ta’ stat Lhudi f’Eretz Iżrael, li mbagħad sar magħruf bħala l-Istat ta’ Iżrael fl-14 ta’ Mejju 1948[11][12][13], armati Għarab ġirien invadew it-territorju li qabel kien immexxi mill-Brittaniċi u ġġieldu kontra l-forzi ta’ Iżrael.[14][15] Iktar ’il quddiem, il-Gvern tal-Palestina kolluġie stabbilit mil-Lega Għarbija fit-22 ta’ Settembru 1948 sabiex imexxi l-enklav ikkontrollat mill-Eġizzjani f’Gaża. F’qasir żmien ġie rrikonoxxut mill-membri kollha tal-Lega Għarbija għajr it-Transġordan. Minkejja li l-ġurisdizzjoni tal-Gvern ġiet iddikjarata li tkopri t-territorju kollu tal-eks Palestina Mandatorja, il-ġurisdizzjoni effettiva kienet limitata għall-Istrixxa ta' Gaża.[16] Iktar ’il quddiem, Iżrael ħataf l-Istrixxa ta’ Gaża u l-Peniżola tas-Sinaj mill-Eġittu, ix-Xatt tal-Punent (inkluż il-Lvant ta’ Ġerusalemm) mill-Ġordan, u l-Għoljiet ta' Golan mis-Sirja f’Ġunju 1967 matul il-Gwerra tas-Sitt Ijiem.

Fil-15 ta’ Novembru 1988 f’Alġier, l-Alġerija, Yasser Arafat, il-President tal-OLP, ipproklama l-istabbiliment tal-Istat tal-Palestina. Sena wara l-iffirmar tal-Ftehimiet ta' Oslo fl-1993, l-Awtorità Nazzjonali Palestinjanaġiet iffurmata biex tmexxi ż-żoni A u B fix-Xatt tal-Punent, inkluż 165 "gżira", u l-Istrixxa ta’ Gaża. Wara li Ħamas sar il-partit ewlieni fil-Parlament tal-Awtorità Nazzjonali Palestinjana fl-elezzjonijiet tal-2006, faqqa' kunflitt bejnu u l-partit ta' Fataħ, li wassal biex Gaża tittieħed minn Ħamas fl-2007 (sentejn wara li Iżrael reħa l-kontroll hemmhekk).

L-Istat tal-Palestina ġie rrikonoxxut minn 138 membru tan-NU minn 193 membru u mill-2012 kellu status ta’ stat osservatur mhux membru fin-Nazzjonijiet Uniti.[17][18][19] Il-Palestina hija membru tal-Lega Għarbija, tal-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika, tal-G77, tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, u ta’ korpi internazzjonali oħra.

Remove ads

Etimoloġija

Għalkemm il-kunċett tar-reġjun tal-Palestina u d-daqs ġeografiku tiegħu varja tul iż-żminijiet, issa jitqies li huwa magħmul mill-Istat modern ta' Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża.[20] L-użu ġenerali tat-terminu “Palestina” jew termini relatati għaż-żona fir-rokna tax-Xlokk tal-Baħar Mediterran maġenb is-Sirja storikament ilu jsir minn żmien il-Greċja tal-qedem. Erodotu kien l-ewwel storiku li fis-seklu 5 Q.K. kiteb f'L-Istorji dwar “distrett tas-Sirja, imsejjaħ il-Palestina” fejn il-Feniċi kienu jinteraġixxu ma' popli marittimi oħra.[21][22] It-terminu “Palestina” (bil-Latin: Palæstina) x'aktarx li kien terminu li nħoloq mill-Griegi tal-qedem għaż-żona tal-art okkupata mill-Filistini, għalkemm jeżistu spjegazzjonijiet oħra.[23]

Terminoloġija

Dan l-artiklu juża t-termini “Palestina”, “Stat tal-Palestina”, “territorju Palestinjan okkupat” b'mod interkambjabbli skont il-kuntest. Speċifikament it-terminu “territorju Palestinjan okkupat” jirreferi għaż-żona ġeografika kollha tat-territorju Palestinjan li ilu okkupat minn Iżrael mill-1967. Fi kwalunkwe każ, kull referenza għal art jew territorju tirreferi għall-art tal-Istat tal-Palestina.[24]

Remove ads

Politika

Diviżjonijiet amministrattivi

Abbażi tal-ISO 3166-2:PS, l-Istat tal-Palestina huwa maqsum f’16-il diviżjoni amministrattiva.

More information Isem, Erja (km2) ...

*Id-data rigward Ġerusalemm tinkludi t-territorju okkupat tal-Lvant tal-Ġerusalemm bil-popolazzjoni Iżraeljana wkoll.

Remove ads

Referenzi

Loading related searches...

Wikiwand - on

Seamless Wikipedia browsing. On steroids.

Remove ads